Left arrow Mur Lura

LIĠI ĠDIDA DWAR l-ILSIEN MALTI  - KUNSILL NAZZJONALI TA’ L-ILSIEN MALTI

pr1398
Date Icon 18/11/2003
Fil-Gazzettatal-Gvern tal-lum ġiet publikata liġi ġdida maħsuba biex issaħħaħ l-ilsien nazzjonali.  “Il-liġi li twaqqaf il-Kunsill ta’ l-Ilsien Malti biex jippromwovi l-ilsien nazzjonali qed tagħraf bl-aktar mod xieraq l-isforzi kollha li saru  mill-pijunieri u s-sostenituri lingwistiċi biex Malta jkollha l-identita’ partikolari tagħha.”   Dan fissru  l-Onor. Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni,  fid-dawl ta’ l-Abbozz ta’ liġi li jipprovdi l-għodda meħtieġa għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-lingwa nazzjonali.
Il-Liġidwar l-Ilsien Nazzjonali tikseb tifsira partikolari anki minħabba li l-ilsien Malti, l-uniku ilsien Semitiku li jinkiteb bl-alfabett Latin, issa huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.  “Permezz ta’ din il-liġi ġdida, l-ilsien Malti qed ikompli jkun konsolidat bħala parti essenzjali mill-wirt nazzjonali, kif ukoll bħala l-għodda l-aktar demokratika biex il-poplu jesprimi lilu nnifsu,” sostna l-Ministru Galea.
“Dinil-Liġi qed tkompli tagħraf u sseddaq  kemm is-sisien xjentifici tal-Malti kif ukoll l-avvanzi kbar li seħħew fil-kamp tal-letteratura lokali”, fisser il-Ministru Galea.  “M’hemmx mod aħjar għal kif nilqgħu għall-pressjonijiet multi-kulturali u pluralistiċi ta’ żmienna milli nagħmlu enfasi fuq l-awtentiċita’ kulturali u Ewro-Mediterranja ta’ Malta, anki fid-dawl tal-valuri li qed tagħti l-Ewropa nfisha lid-diversita’”, fisser il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Liġi,filwaqt li tagħraf li l-Malti hu element ewlieni ta’ l-identita’ nazzjonali Maltija, li jiġġedded kuljum fuq fomm il-Maltin, jipprovdi biex ikunu promossi politika u strateġija lingwistika xierqa għal żmienna.  Il-Liġi preżenti hija r-riżultat ta’ żmien twil ta’ riċerka u konsultazzjoni u sar minn kollox biex jinkiseb l-aktar kunsens wiesgħa possibbli fost il-poplu.
Permezzta’ din il-Liġi, l-Istat, flimkien ma’ esperti u entitajiet lingwistiċi bħall-Akkademja tal-Malti u l-Universita’, qed jipprovdi biex il-lingwa Maltija tingħata dejjem aktar il-prijorita’ kollha li jistħoqqilha, ibda mill-iskejjel u spiċċa fil-manifestazzjonijiet letterarji u kulturali konnessi mal-lingwa nativa.
Għaldaqstantser jitwaqqaf il-Kunsill  Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti, bil-funzjoni li jwettaq pjan ta’ ħidma biex l-ilsien nazzjonali ikompli javvanza u jissaħħaħ fl-edukazzjoni, fix-xandir u fl-istampa, fil-qrati u fil-ħajja politika, amministrattiva, ekonomika, soċjali u kulturali tal-pajjiż.
Danil-Kunsill se jkun iffurmat minn ħdax-il persuna, taħt il-tmexxija ta’ President maħtur mill-Prim Ministru u magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-istudju tal-Malti.  Il-Kunsill ser ikollu rappreżentanti minn diversi oqsma fosthom mill-Universita’, l-Akkademja tal-Malti, id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti, l-Avukat Ġenerali, l-Għaqda tal-Malti u The Malta Press Club.  Il-Kunsill se jkun mgħejjun minn esperti lingwistiċi li se jaħdmu f’kummissjoni teknika u f’numru ta’ kumitati speċjalizzati.
Il-Liġitagħti rikonoxximent uffiċjali lill-ortografija ta’ l-Akkademia tal-Malti li twaqqfet fl-14 ta’ Novembru 1920, aktar minn 80 sena ilu.  Fil-bidu tagħha, il-Liġi tfisser il-prinċipji bażiċi li l-iStat Malti għandu jsegwi għall-ħarsien ta’ l-Ilsien Malti.
Il-Kunsillser ikollu Direttur Eżekuttiv u persunal ieħor biex ikun jista jwettaq il-funzjonijiet tiegħu.  Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-kwistjonijiet ta’ natura tekniko-xjentifika jidħlu fis-seħħ bis-saħħa ta’ avviż publikat mill-Kunsill fil-Gazzetta tal-Gvern.
“Il-liġil-gdida qed tkun ippreżentata bħala għodda li tgħin l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-lingwa nazzjonali fil-kuntest ta’ realtajiet kontemporanji,” qal il-Ministru Louis Galea.  “Hija l-għodda li għandna bżonn biex nilqgħu għall-isfidi ta’ l-interdipendenza f’kuntest li qed jiċċaqlaq kontinwament u globalment u li bilfors jeffettwa l-kultura indiġena Maltija,” qal il-Ministru.
Matulil-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet tħabbar li nhar is-Sibt li ġej se jsir seminar dwar din il-liġi f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u li għaliha huwa mistieden il-pubbliku inġenerali, għaqdiet tal-Malti, għalliema, studenti u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-lingwa Maltija.
Kopjata’ l-abbozz ta’ liġi tinsab fuq il-sit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni:

www.education.gov.mt/ministry/doc/laws.htm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow