Left arrow Mur Lura

IL-ONOR. EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA’ KORPI KOSTITWITI BIEX JIDDISKUTU R-RIFORMA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU

pr1397
Date Icon 18/11/2003
“Bżonn ta’ aktarmotivazzjoni u anqas burokrazija”
Il-WhitePaper dwar ir-riforma tas-servizz pubbliku qed tkun diskussa biex ikun analizzat kemm iċ-Ċivil (Civil Service), permezz ta’ din ir-riforma ser ikun aktar effiċjenti u anqas burokratiku.
“B’diskussjonifuq il-publikazzjoni tal-White Paper dwar ir-riforma fis-settur pubbliku, issa huwa l-waqt li s-settur imprenditorjali u industrijali jagħti s-suġġerimenti tiegħu fir-rigward ta’ din il-bidla.  Nemmen li issa huwa l-waqt li flimkien nagħtu s-suġġerimenti tagħna biex naraw kemm is-Servizz Pubbliku ser ikun aktar effiċjenti u anqas burokratiku.  Biex issir din l-analiżi, ser jitlaqqgħu flimkien il-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta’ l-Industrija, l-G.R.T.U. u l-Malta Institute of Management.  Dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ser isir fuq medda ta’ laqgħat fejn rappreżentanti minn kull entita’ ser ikunu qed jiltaqgħu mieghi u flimkien ser niddiskutu l-White Paper kif ukoll il-liġi proposta, li hija nkluża fid-dokument; biex hekk ikun analizzat kif ser tiżdied l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija”.
Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi uAffarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta llum nieda dan il-proċess ta’ konsultazzjoni f’din l-ewwel laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ dawn l-entitajiet.
“Dinil-White Paper fiha interess partikolari għal min qiegħed fin-negozju, u dan għaliex is-Servizz Pubbliku huwa l-akbar service provider għal min qiegħed fil-kummerc.  Għal din ir-raġuni qed jiltaqgħu l-għaqdiet li jirrappreżentaw lin-negozjanti  u flimkien jiddiskutu kif jistgħu jagħtu l-proposti tagħhom għal Servizz Pubbliku iżjed effiċjenti, inqas burokratiku u iżjed motivat biex ikun tassew ta’ servizz u għajnuna għal min ser jirrikorri għandu.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow