IL-ONOR. EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA’ KORPI KOSTITWITI BIEX JIDDISKUTU R-RIFORMA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
pr1397
18/11/2003
| “Bżonn ta’ aktar | motivazzjoni u anqas burokrazija” |
| Il-White | Paper dwar ir-riforma tas-servizz pubbliku qed tkun diskussa biex ikun analizzat kemm iċ-Ċivil (Civil Service), permezz ta’ din ir-riforma ser ikun aktar effiċjenti u anqas burokratiku. |
| “B’diskussjoni | fuq il-publikazzjoni tal-White Paper dwar ir-riforma fis-settur pubbliku, issa huwa l-waqt li s-settur imprenditorjali u industrijali jagħti s-suġġerimenti tiegħu fir-rigward ta’ din il-bidla. Nemmen li issa huwa l-waqt li flimkien nagħtu s-suġġerimenti tagħna biex naraw kemm is-Servizz Pubbliku ser ikun aktar effiċjenti u anqas burokratiku. Biex issir din l-analiżi, ser jitlaqqgħu flimkien il-Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni ta’ l-Industrija, l-G.R.T.U. u l-Malta Institute of Management. Dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ser isir fuq medda ta’ laqgħat fejn rappreżentanti minn kull entita’ ser ikunu qed jiltaqgħu mieghi u flimkien ser niddiskutu l-White Paper kif ukoll il-liġi proposta, li hija nkluża fid-dokument; biex hekk ikun analizzat kif ser tiżdied l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija”. |
| Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u | Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta llum nieda dan il-proċess ta’ konsultazzjoni f’din l-ewwel laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ dawn l-entitajiet. |
| “Din | il-White Paper fiha interess partikolari għal min qiegħed fin-negozju, u dan għaliex is-Servizz Pubbliku huwa l-akbar service provider għal min qiegħed fil-kummerc. Għal din ir-raġuni qed jiltaqgħu l-għaqdiet li jirrappreżentaw lin-negozjanti u flimkien jiddiskutu kif jistgħu jagħtu l-proposti tagħhom għal Servizz Pubbliku iżjed effiċjenti, inqas burokratiku u iżjed motivat biex ikun tassew ta’ servizz u għajnuna għal min ser jirrikorri għandu.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en