Left arrow Mur Lura

LAQGĦA F’MALTA MILL-OMBUDSMEN TAS-SETTUR PUBBLIKU TAR-RENJU UNIT U TA’ L-IRLANDA

pr1392
Date Icon 17/11/2003
Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2003 fis-Salatal-Kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-Palazz, il-Belt, saret laqgħa ta’ l-Ombudsmen tas-Settur Pubbliku tar-Renju Unit u l-Irlanda.
L-istedina biex din il-laqgħa ssir f’pajjiżnasaret mill-Ombudsman tal-Parlament Malti, is-Sur Joe Sammut, li ppresieda waqt il-laqgħa. Għaliha attendew il-Kummissarju Parlamentari għall-Amministrazzjoni fir-Renju Unit kif ukoll it-tlett Ombudsmen għall-Gvern Lokali fir-Renju Unit. Fil-laqgħa ħadu sehem ukoll l-Ombudsmen ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, ta’ l-iSkozja u ta’ Ġibiltà.
Waqt il-laqgħa saret diskussjoni dwar bostasuġġetti li huma ta’ interess lil ombudsmen f’pajjiżi differenti bħal, per eżempju, l-aċċess għall- informazzjoni, l-ombudsmen u l-Konvenzjoni fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, il-kriterji li bihom tista’ titkejjel il-ħidma ta’ l-Ombudsman u kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-ombudsman.
Waqt din il-laqgħa, il-parteċipanti ġewindirizzati wkoll minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, li serva bħala President ta’ Malta, li ta ħarsa lejn l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta fil-mixja kostituzzjonali tal-pajjiż.
Nhar is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2003,il-parteċipanti ta’ din il-laqgħa żaru Għawdex fejn kellhom ukoll laqgħa ma’ l-Onor Anton Tabone, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-Ombudsmen ta’ Malta u ta’ Ġibiltà regolarmentjieħdu sehem f’dawn il-laqgħat li jsiru darbtejn fis-sena fuq stedina mill-Kummissjoni ta’ l-Amministrazzjoni Lokali fl-Ingilterra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow