LAQGĦA F’MALTA MILL-OMBUDSMEN TAS-SETTUR PUBBLIKU TAR-RENJU UNIT U TA’ L-IRLANDA
pr1392
17/11/2003
| Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2003 fis-Sala | tal-Kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-Palazz, il-Belt, saret laqgħa ta’ l-Ombudsmen tas-Settur Pubbliku tar-Renju Unit u l-Irlanda. |
| L-istedina biex din il-laqgħa ssir f’pajjiżna | saret mill-Ombudsman tal-Parlament Malti, is-Sur Joe Sammut, li ppresieda waqt il-laqgħa. Għaliha attendew il-Kummissarju Parlamentari għall-Amministrazzjoni fir-Renju Unit kif ukoll it-tlett Ombudsmen għall-Gvern Lokali fir-Renju Unit. Fil-laqgħa ħadu sehem ukoll l-Ombudsmen ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, ta’ l-iSkozja u ta’ Ġibiltà. |
| Waqt il-laqgħa saret diskussjoni dwar bosta | suġġetti li huma ta’ interess lil ombudsmen f’pajjiżi differenti bħal, per eżempju, l-aċċess għall- informazzjoni, l-ombudsmen u l-Konvenzjoni fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, il-kriterji li bihom tista’ titkejjel il-ħidma ta’ l-Ombudsman u kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-ombudsman. |
| Waqt din il-laqgħa, il-parteċipanti ġew | indirizzati wkoll minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, li serva bħala President ta’ Malta, li ta ħarsa lejn l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta fil-mixja kostituzzjonali tal-pajjiż. |
| Nhar is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2003, | il-parteċipanti ta’ din il-laqgħa żaru Għawdex fejn kellhom ukoll laqgħa ma’ l-Onor Anton Tabone, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. |
| L-Ombudsmen ta’ Malta u ta’ Ġibiltà regolarment | jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat li jsiru darbtejn fis-sena fuq stedina mill-Kummissjoni ta’ l-Amministrazzjoni Lokali fl-Ingilterra. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en