Left arrow Go Back

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITA’ TIRRAKKOMANDA L-APPROVAZZJONI GĦALL-PJANTI TAL-VILLAĠĠ TA’ L-ARTIĠJANAT F’TA’ QALI

pr1391
Date Icon 17/11/2003

"Il-proġett għall-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali ġie pproċessat u approvat mill-Kummissjoni għad-Diżabilita’.

Naprezza l-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ għall-mod ta’ kif ħadmet biex fl-inqas ħin possibbli pproċessat l-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp għall-proġett tal-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali. Dan huwa pass importanti li iqarribna ftit iżjed lejn il-ħruġ tal-permess finali ta’ dan il-proġett mill-MEPA.”

B’dan id-diskors is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo beda l-laqgħa tiegħu mal-Kummissjoni għad-Diżabilita’ li qed issir biex ukoll titfakkar is-sena ddedikata lill-persuni b’diżabilta’. Is-Segretarju Parlamentari fil-laqgħa tiegħu tkellem dwar il-ħtieġa li l-ħidma ta’ din il-Kummissjoni għandha tara li filwaqt li d-drittijiet tal-persuna b’diżabilita’ jkunu mħarsa, bħala Kummissjoni tifhem ukoll il-ħtiġijiet tas-settur kummerċjali u dak industrijali li jkunu qed japplikaw għall-permess ta’ żvilupp.

"Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għandu jkun dmir li kull Awtorita’ tieħu ħsieb li tħares.

Meta qed nirreferi għat-tnaqqis ta’ burokrazija ma jfissirx li qed nistenna li nneħħu l-awtoritajiet, iżda naraw li jkollna awtoritajiet effiċjenti li kapaċi jkollhom sistema ta’ awditjar fuq l-effiċjenza tagħhom stess. Naslu li jkollna wkoll dan il-bilanċ u kompromess kemm-il darba l-applikanti ghall-permessi ta’ żvilupp jifhmu iżjed il-ħtieġa li dawn ikollhom il-pjanti tal-proġetti tagħhom diga` kompatibbli mal-ħtiġijiet li dawn l-awtoritajiet jitolbu. Fil-kas ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-permess tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat, bħala applikanti konna diġa` fhimna l-ħtieġa li kemm-il darba dan il-progett ikollu l-kumditajiet kollha li teħtieġ il-persuna b’diżabilita’, allura kull persuna oħra li tkun ser taħdem, kif ukoll iżżur lil dan il-villaġġ, ser issib li hemm il-kumdita’ kollha meħtieġa. Hekk ser igawdu l-anzjani, it-tfal u persuni oħra li ikunu jeħtieġu l-kumditajiet tagħhom."

Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ l-Onor. Vassallo, fejn temm l-appell tiegħu lil dawk kollha li qegħdin jippjanaw xi proġett, biex huma jagħżlu li jippjanaw il-proġett tagħhom bil-kumditajiet kollha li teħtieġ persuna b’diżabilita’. Kull fejn huwa tajjeb għall-persuna b’diżabilita’ huwa daqshekk ieħor tajjeb għall-persuna oħra. Meta nressqu applikazzjonijiet bħal dawn, il-proċess ta’ verifikazzjoni jkun aktar issimplifikat. Hekk ġara fil-kas ta’ l-applikazzjoni ta’ Ta’ Qali u jiena nkompli inwiegħed li ser inkomplu naħdmu ma’ din l-awtorita’ biex naraw li dan il-proġett ikun proġett li fih persuna b’diżabilita’ ssib il-kumditajiet kollha possibbli li tixtieq, u li fuq kollox huwa d-dmir tagħna li nipprovdu."


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow