DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN, FIL-FTUH TA’ SEMINAR BIT-TEMA “JUM IT-TOLLERANZA – NGHALLMU D-DRITTIJIET FUNDAMENTALI” - Kavallier ta’ San Gakbu, Valletta
1. Fis-16 ta’ Novembru, 1995, il-Gnus Maghquda flimkien mal-UNESCO fil-Hamsin Anniversarju taghhom iccelebraw ghall-ewwel draba l-“Jum tat-Tolleranza”. F’dik il-gurnata l-membri tal-UNESCO pproklamaw u ffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Principji fuq it-Tolleranza. Minn dik il-gurnata ‘l quddiem ma’ kull sena jigi mfakkar dan il-jum.
2. Dan il-jum huwa mportanti ghal kull socjetà demokratika ghax inghad tant tajjeb li t-tolleranza ma hix fini fiha nnifisha izda mezz, strument li bih wiehed ghandu dejjem jitlaq fi process li jibni u jizviluppa kultura ta’ paci socjali. Minghajr it-tolleranza tinbet il-vjolenza u din f’kull forma taghha hija element anti-demokratiku u li twassal ghat-tkissir ta’ Stat Modern u Ewropew bhal taghna. Hemm bzonn programm li minnu jinbet ahjar il-bzonn li din is-socjetà tapprezza ahjar id-diversita fir-razez, fil-kulturi, fl-idejat, fir-religjonijiet. Il-hsieb importanti li wiehed jghix u jhalli lil haddiehor jghix minghajr ma jfixklu, anzi li jaghti sehmu pozittivament sabiex jiggarantixxi din d-diversità. Fuq kollox fil-process kostanti li wiehed ikun konxju mill-idejat u opinjonijiet tieghu u li fl-istess mument li jhalli lilhaddiehor ikollu tieghu, minghajr ma dan ifisser li wiehed qieghed jaccettahom fihom infushom jew jnehhi lil tieghu. It-tolleranza hija virtù morali u ma tistax tkun wahda sterili izda z-zerriegha tad-demokrazzija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
3. Jekk nitkellmu fuq it-tolleranza rridu norbtu maghha d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fortunatament ghalina l-kultura tad-dinjità tal-bniedem u l-principju li kull bniedem jitwieled bi drittijiet li ebda stat jew bniedem iehor ma ghandu dritt jiehu jew inehhi huma parti ntegrali mill-qafas legali ta’ pajjizna. Biss, ghalkemm dan huwa rikonoxxut bhala avvanz fl-istorja taghna, però qatt ma nistghu nghidu li hemm bizzejjed tixrid ta’ x’inhuma dawn id-drittijiet.
4. Cicerun, f’parti mill-kitbiet tieghu jghid, li ta’ tifel fil-bankijiet ta’ l-iskola kien jigi mghallem bl-amment il-ligi. Ma rridux naslu sa hemm izda ghandna nimmiraw sabiex ikun hemm aktar gharfien u konoxxenza ta’ x’wiehed jifhem sewwa sew bi drittijiet fundamentali. Mhux biss dan izda irridu ngibuhom jissarrfu fil-hajja ta’ kuljum sabiex uliedna jsibuha aktar facli biex jassimilawhom. Jifhmu li jezistu, jifhmu x’inhuma u jifhmu ukoll li ma humiex fl-arja imma fir-realtà ta’ kull gurnata. Hekk il-generazzjonijiet futuri jkunu aktar preparati u ahjar minn taghna u minn ta’ qabilna.
5. Jekk l-ewwel jirnexxilna nkebbsu dan in-nar ghat-tghalim u t-tieni li nwasslu l-messagg lill-iskejjel taghna li dan huwa suggett attwali, bzonnjuz u mhux zejjed, allura nkunu ghamilna qabza sew. Ghax irid jinghad li sfortuntament ghad hawn min ma japprezzax sija t-tolleranza u sija d-drittijiet fundamentali. Fis-socjetà taghna wiehed jinnota mumenti meta l-intolleranza tgholli rasha. Ghax jekk niehdu l-kampi tal-politika, dawk tal-kazini tal-baned jew dawk bejn il-klabbs tal-ballun allura nafu li jitwasslu messaggi minn adulti lil uliedna li jmorru kompletament il-kontra ta’ dak li qed nghidu hawn. Hafna drabi dawn il-lezzjonijiet isibu ruhhom fil-bankijiet ta’ l-iskola, fejn it-tfal jidentifikaw lil xulxin skond ma liema kazin tal-banda qeghdin, jew ma’ liema partit politiku. U dan ikun kagun ta’ glied u agir insolenti, anti-socjali li jnibbet dizgwid, glied u vjolenza fejn ma ghandux ikun hemm. Ghalhekk ghandna bzonn nipprotegu lil uliedna sabiex dawn l-valuri jikbru u jaghtu l-frott.
6. Proprju ghalhekk illum qed nghidu wkoll li l-Kunsilli Lokali taghna ghandhom id-dmir morali li jiehdu hsieb ixerrdu messaggi ta’ tolleranza u mhux huma wkoll isiru strumenti ta’ intolleranza jew jingranaw ruhhom fis-socjetà li jsibu minghajr ma jipprovaw jibdluha. Il-Kunsilli jistghu jkunu huma stess il-lok fejn isiru dibbattiti u fejn isir taghlim ahjar ta’ l-importanza tad-drittijiet fundamentali. Ma nistghux nghixu f’socjetà li tibda billi tahseb li l-ulied biss jitghallmu u l-ohrajn le. Kull persuna tista’ u ghandha titghallem - anzi l-kunsilli ghandhom l-okkazjoni li dan jiehdu hsieb ikebbsuh aktar u aktar. Mhux biss, izda bil-kunsill b’agir ta’ medjazzjoni wiehed jista’ jsib soluzzjonijiet ahjar li jgibu rivali jikkollaboraw ghall-istess ghan. Il-Kunsill ma huwiex il-post fejn tigi diskussa biss politika izda ghandu sehem determinanti fin-nisga socjali ta’ komunita. Ghax ghandna nibnu socjetà fejn mhux biss l-ghalliema huma determinati li jkunu edukaturi tat-tolleranza izda anki l-Kunsilli Lokali.
7. Nghalaq billi nirringrazzja lil kull min ta sehem u ser jaghti sehmu llum sabiex din l-attività tkun success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en