ITTRA LI NTBAGHTET BIL-POSTA B’HEADING FALZ TAL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr1385
14/11/2003
| Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni għandu | f’idejh kopja ta’ ittra li ntbagħtet bil-posta b’heading falz ta’ l-istess Ministeru. |
| Din l-ittra, li kopja tagħha qiegħda tiġi | nkorporata ma’ din l-istqarrija, tgħid li mis-sena d-dieħla, se jkun projbit li wieħed jidhol il-Belt Valletta bil-karozza sakemm din ma tkunx taħdem bl-elettriku. Flimkien ma’ l-ittra qed tiġi mehmuza ukoll leaflet li tagħti dettalji ta’ ditta ta’ karozza partikolari li taħdem bl-elettriku. |
| Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni | għalhekk jixtieq javza lill-pubbliku li l-istess Ministeru m’għandu l-ebda konnessjoni ma’ dawn l-ittri, u li ma jezisti l-ebda pjan kif imsemmi fl-istess ittra. |
Il-Pulizija ntalbet tinvestiga dan il-kaz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en