Pjanci Godda Personalizzati
pr1376
13/11/2003
| L-Awtorità | dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) ser tintroduci sistema gdida ta’ pjanci ta’ registrazzjoni fil-gimghat li gejjin. Dawn il-pjanci jiehdu sa tmien ittri jew numri jew ikkombinati bejn it-tnejn. Il-pjanci ser jigu wzati fuq il-vetturi kollha minbarra dawk li jintuzaw ghat transport pubbliku. |
| Is-sistema | l-gdida ser tahdem fuq metodu ta’ rkant minn fuq l-Internet. Din is-sistema digà tintuza f’hafna pajjizi barranin fejn in-nies jistghu, mill-kumdità tad-dar taghhom, jixtru diversi oggetti minn fuq l-Internet. |
| Fil-kaz | ta’ pajjizna, u ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-Awtorità, qeghdin nintroducu din is-sistema ta’ xiri bl-irkant tal-pjanci tal-vetturi. Hija sistema fejn il-poplu Malti u Ghawdxi kollu jista’ jitfa’ offerta ghall-pjanci varji li jkunu disponibbli. |
| Kull | xahar ser ikun hemm lista ta’ numru ta’ pjanci disponibbli li l-pubbliku jista’ jitfa’ l-offerta tieghu ghalihom. |
| Persuna | li tixtieq li jkollha pjanca li ma tkunx wahda minn dawk disponibbli jista’, bis-sistema ta’ l-Internet, jitlob dak li jixtieq u din il-pjanca tkun ikkunsidrata biex tidher fil-lista tax-xahar segwenti. |
| Kull | offerta li ssir fuq l-Internet trid tghaddi minn process ta' verifikazzjoni qabel din l-offerta tigi accettata. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en