‘Driving Instructors’ ippresentati b’ċertificati wara li temmEW b’suċċess Kors organiżżat mill-Awtorita’ dwar it-Trasport ta' Malta
pr1375
13/11/2003
| Il-Ministru | ghat-Trasport u Komunikazzoni, l-Onor. Censu Galea, waqt li kien qed jindirizza Konferenza ta’ l-ahbarijiet, li matulha huwa pprezenta certifikati lil Driving Instructors li temmew kors organizzat mill-Awtorità dwar it-Trasport, qal li bħala parti importanti mill-ħidma tagħha, biex ittejjeb il-livell ta’ sigurtà u effiċjenza fit-toroq ta’ gżiritna, l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda timplimenta programm mifrux fuq diversi setturi. Din il-ħidma hija direttament relatata ma’ l-impenn li għamel il-Gvern flimkien ma’ diversi pajjiżi oħra, biex inaqqas sostanzjalment in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku. |
| Huwa | maghruf li l-Unjoni Ewropea, fid-diversi stati membri tagħha, qed timpenja ruħha biex sas-sena 2010 tnaqqas l-inċidenti tat-traffiku b’ħamsin fil-mija, u dana skond l-EU Transport White Paper 2010. Naturalment din il-ħidma tirrikjedi taqliba shiha ta’ dawk is-sistemi kollha li aħna konna mdorrijin bihom. |
| Nibdew billi nsemmu l-aspett | importanti tal-liġijiet li jirregolaw is-sewqan. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-liġijiet kienu ġew introdotti fi żminijiet meta n-numru ta’ vetturi fi gżiritna kien wisq anqas minn dawk tal-lum. Biżżejjed wieħed jgħid li f’pajjiżna llum hawn aktar minn 268,000 vettura u għalhekk huwa importanti li aħna naġġornaw il-liġijiet tagħna biex inkunu nistgħu nirregolaw il-bżonnijiet li numru ta’ vetturi daqstant għoli jirrikjedi. |
| F’dan | ir-rigward il-Gvern diġà ħa l-passi neċessarji biex jaġġorna sezzjonijiet partikolari ta’ liġijiet li effetwaw ħrug ta’ liċenzji, kemm għall-instructors kif ukoll għal individwi li japplikaw għal-liċenzja tas-sewqan. |
| Mingħajr | ma wieħed jidħol f’ħafna dettal, importanti li wieħed isemmi l-introduzzjoni tal-eżami tat-Teorija (it-Theory Test), is-sistema tal-Points u t-tibdil fl-eżami prattiku. L-instructors tas-sewqan ukoll fil-futur ikunu jridu jagħmlu l-eżami neċessarju biex jieħdu l-permess ta’ ‘għalliema’. |
| Il-Ministru | Censu Galea, meta pprezenta c-certifikati lid-Driving Instructors, kompla jghid illi: “Huwa importanti, li sakemm dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ, il-livell tat-tagħlim li tagħtu intkom, jiġi aġġornat għall-bżonnijiet tal-futur, u kien propju għalhekk li l-Awtorità organizzat tlett korsijiet ta’ ġimgħa l-wieħed, li għalihom attendew hamsa u sittin Driving Instructor. Dan kien l-ewwel pass biex aħna nilħqu l-iskop tagħna li ngħollu l-livell tas-sewqan. L-Awtorità issa qiegħda tħares lejn it-testijiet, kemm dak tat-Teorija kif ukoll dak prattiku, biex dawn jinbidlu.” |
| “Dawn | it-tibdiliet juru biċ-ċar ir-responsabiltà li għandkom bħala instructors. Għal darb’oħra nixtieq nenfasizza kemm huwa importanti li persuna tiġi mgħallma tajjeb mhux biss biex tgħaddi mit-test, imma biex il-livell in ġenerali tas-sewqan f’pajjizna jitjieb b’mod sostanzjali. Għaldaqstant nistenna li intom, fil-futur, tippreżentaw in-nies għat-test ippreparati tajjeb u b’mod professjonali. Għandi pjaċir illum nippreżentalkom dawn iċ-ċertifikati ta’ attendenza. Nirringrazzjakom għall-ħidma tagħkom u nitlob il-koperazzjoni tagħkom biex flimkien nilħqu l-għanijiet tagħna biex il-livell ta’ sewqan f’pajjizna jitjieb b’mod radikali.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en