IL-BREAST CARE SUPPORT GROUP JIPPREŻENTA ŻEWĠ PITTURI F’GĦAWDEX
pr1372
13/11/2003
| Il-Breast | Care Support Group ippreżenta żewġ pitturi lill-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex il-bieraħ filgħodu. Dawn iż-żewġ pitturi, li saru fuq il-kanvas minn artisti lokali se jitpoġġew fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fil-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-pitturi għandhom iservu bħala mezz ta’ promozzjoni dwar il-ħtieġa ta’ prevenzjoni tal-marda tal-kancer tas-sider. Il-preżentazzjoni saret bħala parti mill-attivitajiet li jtemmu l-ġimgħa ta’ promozzjoni dwar il-kancer tas-sider. |
| Il-preżentazzjoni | saret mis-Sinjura Jackie Vassallo, President Breast Care Support Group fil-preżenza ta’ membri ta’ l-istess grupp. Dr Anthony A Livori, Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien preżenti. |
| Il-Ministru Debono | rringrazzjat lill-grupp tad-donazzjoni tiegħu kif ukoll tax-xogħol siewi li jwettaq b’mod regolari matul is-sena. Hija awgurat iktar ħidma favur dan il-qasam importanti tas-saħħa fejn permezz ta’ sforzi ikbar jistgħu jibbenefikaw tant nisa u l-familji tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en