Left arrow Mur Lura

Bidliet amministrattivi fil-ħlasijiet ta’ l-Għotjiet ta’ Manteniment

pr1371
Date Icon 13/11/2003
Biexikunu evitati misinterpretazzjonijiet u biex jikkoreġi dak li kien rappurtat fl-aħbarijiet tas-7.30 p.m. ta’ nhar l-Erbgha, 12 ta’ Novembru, fuq l-istazzjon televiżiv Super One, kif ukoll fil-gazzetta: ‘The Malta Independent’ ta’ llum, il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jixtieq jinforma li għalkemm qed isiru tibdiliet fil-mod kif jitħallsu l-istudenti, bl-ebda mod m’huma se jitnaqqsu l-istipendji.
Fil-fatt,il-Bord ħa ħsieb biex f’kull istituzzjoni edukattiva, fejn l-isudenti huma ntitolati għall-istipendju, jitwaħħlu avviżi li jispjegaw il-bidla purament amministrattiva li qed issir, fil-ħlas ta’ l-istipendju.
Fil-każta’ l-istudenti ta’ l-MCAST li dwarhom kien rappurtat, bħalma se jsir fil-każ ta’ studenti oħra fil-livell post sekondarju, flok l-istudenti se jieħdu disa’ ħlasijiet ta’ Lm40 fix-xahar, biex b’kollox ikunu ħadu Lm360 fl-aħħar tas-sena akkademika, issa se jieħdu Lm36 kull erba’ ġimgħat u jkollhom  għaxar ħlasijiet għal total ta’ Lm360 xorta waħda.
Dan kien meħtieġ minħabba l-bidliet amministrattivi li qed isiru,fejn jidħlu ħlasijiet ta’ salarji mill-Gvern.
Il-Bord jiċħad ukoll dak li ntqal fl-istess rapport, li din is-senakien hemm xi dewmien fil-ħlasijiet ta’ l-istipendju;  u li l-istudenti ma tħallsux l-istipendju ta’ Ottubru. Anke hawn ir-rapport hu żbaljat.
L-istipendjilill-istudenti dejjem jitħallsu bix-xahar b’lura, jiġifieri l-istipendju dovut għax-xahar ta’ Ottubru jitħallas fix-xahar ta’ Novembru.  Hekk se jsir din id-darba wkoll.
Annessqed tintbgħat kopja ta’ l-avviż li twaħħal fl-istituzzjonijiet edukattivi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow