Bidliet amministrattivi fil-ħlasijiet ta’ l-Għotjiet ta’ Manteniment
pr1371
13/11/2003
| Biex | ikunu evitati misinterpretazzjonijiet u biex jikkoreġi dak li kien rappurtat fl-aħbarijiet tas-7.30 p.m. ta’ nhar l-Erbgha, 12 ta’ Novembru, fuq l-istazzjon televiżiv Super One, kif ukoll fil-gazzetta: ‘The Malta Independent’ ta’ llum, il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jixtieq jinforma li għalkemm qed isiru tibdiliet fil-mod kif jitħallsu l-istudenti, bl-ebda mod m’huma se jitnaqqsu l-istipendji. |
| Fil-fatt, | il-Bord ħa ħsieb biex f’kull istituzzjoni edukattiva, fejn l-isudenti huma ntitolati għall-istipendju, jitwaħħlu avviżi li jispjegaw il-bidla purament amministrattiva li qed issir, fil-ħlas ta’ l-istipendju. |
| Fil-każ | ta’ l-istudenti ta’ l-MCAST li dwarhom kien rappurtat, bħalma se jsir fil-każ ta’ studenti oħra fil-livell post sekondarju, flok l-istudenti se jieħdu disa’ ħlasijiet ta’ Lm40 fix-xahar, biex b’kollox ikunu ħadu Lm360 fl-aħħar tas-sena akkademika, issa se jieħdu Lm36 kull erba’ ġimgħat u jkollhom għaxar ħlasijiet għal total ta’ Lm360 xorta waħda. |
| Dan kien meħtieġ minħabba l-bidliet amministrattivi li qed isiru, | fejn jidħlu ħlasijiet ta’ salarji mill-Gvern. |
| Il-Bord jiċħad ukoll dak li ntqal fl-istess rapport, li din is-sena | kien hemm xi dewmien fil-ħlasijiet ta’ l-istipendju; u li l-istudenti ma tħallsux l-istipendju ta’ Ottubru. Anke hawn ir-rapport hu żbaljat. |
| L-istipendji | lill-istudenti dejjem jitħallsu bix-xahar b’lura, jiġifieri l-istipendju dovut għax-xahar ta’ Ottubru jitħallas fix-xahar ta’ Novembru. Hekk se jsir din id-darba wkoll. |
| Anness | qed tintbgħat kopja ta’ l-avviż li twaħħal fl-istituzzjonijiet edukattivi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en