TIFTAĦ SENA OĦRA TA’ L-UNIVERSITA’ TAT-TIELET ETA’ F’GĦAWDEX
pr1361
12/11/2003
| L-Universita’ tat-Tielet | Eta’ reġgħet fetħet il-bibien tagħha għal dik li hi l-ħames sena tagħha b’żewġ korsijiet miftuħa għall-anzjani residenti f’Għawdex. |
| Il-korsijiet li qed jiġu | offruta fil-bidu ta’ din is-sena akkademika huma ‘Toponomastika Għawdxija’ minn Paul Mizzi, u ‘Għawdex: Ġirja ħafifa ma’ l-istorja’ minn Rev Dr Joe Bezzina. Il-korsijiet, b’lezzjonijiet li jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu, huma mifruxa fuq medda ta’ seba` lezzjonijiet il-wieħed u jsiru fic-Centru ta’ Matul il-Jum (Għajnsielem) jew fic-Centru ta’ l-Universita’ ta’ Malta f’Għawdex (Xewkija). Il-ħinijiet tal-lezzjonijiet huma mid-9.00am sal-11.15am. ‘Toponomastika Għawdxija’ beda l-Ġimgħa 7 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sal-Ġimgħa 19 ta’ Dicembru 2003. ‘Għawdex: Ġirja ħafifa ma’ l-istorja’ jibda mill-Ġimgħa 9 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2004. |
| Għal darb’oħra, is-Sezzjoni | ta’ l-Anzjani u Bżonnijiet Specjali (Ministeru għal Għawdex) qed toffri trasport b’xejn mill-irħula lejn il-post fejn isiru l-lezzjonijiet u lura, għal dawk li jeħtiġuh. |
| Matul is-snin medja ta’ | 35 anzjani kienu jirreġistraw għall-korsijiet ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’. S’issa, diġa rreġistraw 38 anzjan-student għas-sena akkademika 2003-4. |
| Persuni nteressati li | jattendu dawn il-korsijiet għandhom jikkuntattjaw lis-Sezzjoni ta’ l-Anzjani u Bżonnijiet Specjali fuq in-numru tat-telefon 21563043. Isir ħlas nominali ta’ Lm5 ma’ kull applikazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en