Left arrow Go Back

TIFTAĦ SENA OĦRA TA’ L-UNIVERSITA’ TAT-TIELET ETA’ F’GĦAWDEX

pr1361
Date Icon 12/11/2003
L-Universita’ tat-TieletEta’ reġgħet fetħet il-bibien tagħha għal dik li hi l-ħames sena tagħha b’żewġ korsijiet miftuħa għall-anzjani residenti f’Għawdex.
Il-korsijiet li qed jiġuoffruta fil-bidu ta’ din is-sena akkademika huma ‘Toponomastika Għawdxija’ minn Paul Mizzi, u ‘Għawdex: Ġirja ħafifa ma’ l-istorja’ minn Rev Dr Joe Bezzina. Il-korsijiet, b’lezzjonijiet li jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu, huma mifruxa fuq medda ta’ seba` lezzjonijiet il-wieħed u jsiru fic-Centru ta’ Matul il-Jum (Għajnsielem) jew fic-Centru ta’ l-Universita’ ta’ Malta f’Għawdex (Xewkija). Il-ħinijiet tal-lezzjonijiet huma mid-9.00am sal-11.15am. ‘Toponomastika Għawdxija’ beda l-Ġimgħa 7 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sal-Ġimgħa 19 ta’ Dicembru 2003. ‘Għawdex: Ġirja ħafifa ma’ l-istorja’ jibda mill-Ġimgħa 9 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2004.
Għal darb’oħra, is-Sezzjonita’ l-Anzjani u Bżonnijiet Specjali (Ministeru għal Għawdex) qed toffri trasport b’xejn mill-irħula lejn il-post fejn isiru l-lezzjonijiet u lura, għal dawk li jeħtiġuh.
Matul is-snin medja ta’35 anzjani kienu jirreġistraw għall-korsijiet ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’. S’issa, diġa rreġistraw 38 anzjan-student għas-sena akkademika 2003-4.
Persuni nteressati lijattendu dawn il-korsijiet għandhom jikkuntattjaw lis-Sezzjoni ta’ l-Anzjani u Bżonnijiet Specjali fuq in-numru tat-telefon 21563043. Isir ħlas nominali ta’ Lm5 ma’ kull applikazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow