Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

pr1360
Date Icon 12/11/2003
Fil-Ministerutas-Saħħa, llum  ġie iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni għas-snin 2004-2005 bejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Ministeru tas-Saħħa.  Il-ftehim ġie ffirmat mill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara u minn Dr. Mark Danzon, id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Danil-ftehim jipprovdi għal għajnuna teknika u finanzjarja biex jiġu mwettqa proġetti li dwarhom ikun hemm qbil bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-WHO, wara li ġie mfassal dokument dwar il-bżonnijiet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa f’Malta, għal dan il-perjodu.  Dawn il-proġetti filwaqt li jinkwadraw fil-prioritajiet globali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa  f’oqsma li jolqtu lill-membri kollha, huma diretti lejn il-ħtiġijiet ta’ Malta.
Dipartimentifid-Diviżjoni tas-Saħħa ġew mitluba jissottomettu proġetti biex jiġu kkunsidrati għal din l-għajnuna.  Minn dawn il-proġetti, wara taħdidiet bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-WHO, ġew magħżula tlieta li se jibbenifikaw minn dan il-ftehim ta’ għajnuna.  It-tliet proġetti għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u l-ambjent, il-mediċini, titjib fil-kwalità tas-servizzi ta’ kura u sistemi ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar is-saħħa.
Il-Ministrutas-Saħħa qal li Malta ilha membru ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sa minn ftit wara li sirna Indipendenti.  Matul dawn is-snin kien hemm koperazzjoni reċiproka, u Malta hija membru attiv f’din l-għaqda mondjali.  Uffiċjali mid-Diviżjoni tas-Saħħa regolarment jieħdu sehem f’attivitajiet organiżżati minn din il-għaqda dinjija.  Matul is-snin, Malta bbenifikat minn għajnuna teknika l-aktar taħt forma ta’ ghajnuna  minn esperti li toffri il-WHO.
Il-Ministrutas-Saħħa rringrazzja lid-Direttur Regjonali ta’ l-għajnuna li l-WHO tagħti lill-Malta u awgura li l-koperazzjoni li dejjem eżistiet bejn iż-żewġ naħat tkompli tikber u tissaħħaħ.
Dr. Danzon qal li kien ta’ pjaċirgħaliħ li qiegħed jiffirma dan il-ftehim ma’ pajjiż li għandu jkun kburi bil-kwalità għolja tas-servizzi ta’ kura li joffri.  Minn stħarriġ li kien sar mill-WHO kien irriżulta li s-servizzi tas-saħħa f’Malta huma fost l-aqwa fid-dinja. Qegħdin ngħixu fi żminijiet fejn l-ispiża biex tipprovdi s-servizzi tas-saħħa tiżdied kuljum.  Bosta pajjiżi qegħdin jiġu ffaċċjati bi problemi ta’  finanzjar għas-saħħa.  Malta mhix eċċezzjoni u bħal pajjiżi oħra, biex tiggarantixxi l-livell ta’ kura eżistenti, trid issib metodi ġodda kif is-servizzi tas-saħħa jkunu sostenibbli.  Malta hija membru attiv fil-WHO u tagħti kontibut siewi fil-laqgħat tal-WHO. Dan  jawgura tajjeb għall-futur.
Fl-okkażjonita' l-iffirmar ta' dan il-ftehim qiegħed jiġi ppublikat The Public Health Report - Malta 2002.  Din l-inizjattiva hija parti minn proċess kontinwu ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa u il-WHO.  Ix-xogħol kollu sar permezz ta' għajnuna mogħtija bi ftehim simili li gie iffirmat sentejn ilu.  Ir-rapport  jiffoka fuq diversi oqsma kruċjali fil-qasam tas-saħħa pubblika f'Malta.  F'dan ir-rapport diversi esperti lokali jindikaw l-isfidi ġodda li ghandna quddiemna fi żviluppi futuri  tas-sahha pubblika.  Ir-rapport hu intenzjonat ghall- pubbliku kif ukoll għall-professjonisti fil-qasam mediku kemm Maltin kif ukoll barranin.
Matul iż-żjara tiegħuf’Malta, Dr. Danzon iltaqa’ ma’ l-għola uffiċjali tad-Diviżjoni tas-Saħħa, u flimkien iddiskutew meżżi ta’ koperazzjoni u għajnuna li l-WHO tista’ toffri lil Malta biex tikber dejjem il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow