Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa
pr1360
12/11/2003
| Fil-Ministeru | tas-Saħħa, llum ġie iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni għas-snin 2004-2005 bejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Ministeru tas-Saħħa. Il-ftehim ġie ffirmat mill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara u minn Dr. Mark Danzon, id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). |
| Dan | il-ftehim jipprovdi għal għajnuna teknika u finanzjarja biex jiġu mwettqa proġetti li dwarhom ikun hemm qbil bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-WHO, wara li ġie mfassal dokument dwar il-bżonnijiet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa f’Malta, għal dan il-perjodu. Dawn il-proġetti filwaqt li jinkwadraw fil-prioritajiet globali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f’oqsma li jolqtu lill-membri kollha, huma diretti lejn il-ħtiġijiet ta’ Malta. |
| Dipartimenti | fid-Diviżjoni tas-Saħħa ġew mitluba jissottomettu proġetti biex jiġu kkunsidrati għal din l-għajnuna. Minn dawn il-proġetti, wara taħdidiet bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-WHO, ġew magħżula tlieta li se jibbenifikaw minn dan il-ftehim ta’ għajnuna. It-tliet proġetti għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u l-ambjent, il-mediċini, titjib fil-kwalità tas-servizzi ta’ kura u sistemi ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar is-saħħa. |
| Il-Ministru | tas-Saħħa qal li Malta ilha membru ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sa minn ftit wara li sirna Indipendenti. Matul dawn is-snin kien hemm koperazzjoni reċiproka, u Malta hija membru attiv f’din l-għaqda mondjali. Uffiċjali mid-Diviżjoni tas-Saħħa regolarment jieħdu sehem f’attivitajiet organiżżati minn din il-għaqda dinjija. Matul is-snin, Malta bbenifikat minn għajnuna teknika l-aktar taħt forma ta’ ghajnuna minn esperti li toffri il-WHO. |
| Il-Ministru | tas-Saħħa rringrazzja lid-Direttur Regjonali ta’ l-għajnuna li l-WHO tagħti lill-Malta u awgura li l-koperazzjoni li dejjem eżistiet bejn iż-żewġ naħat tkompli tikber u tissaħħaħ. |
| Dr. Danzon qal li kien ta’ pjaċir | għaliħ li qiegħed jiffirma dan il-ftehim ma’ pajjiż li għandu jkun kburi bil-kwalità għolja tas-servizzi ta’ kura li joffri. Minn stħarriġ li kien sar mill-WHO kien irriżulta li s-servizzi tas-saħħa f’Malta huma fost l-aqwa fid-dinja. Qegħdin ngħixu fi żminijiet fejn l-ispiża biex tipprovdi s-servizzi tas-saħħa tiżdied kuljum. Bosta pajjiżi qegħdin jiġu ffaċċjati bi problemi ta’ finanzjar għas-saħħa. Malta mhix eċċezzjoni u bħal pajjiżi oħra, biex tiggarantixxi l-livell ta’ kura eżistenti, trid issib metodi ġodda kif is-servizzi tas-saħħa jkunu sostenibbli. Malta hija membru attiv fil-WHO u tagħti kontibut siewi fil-laqgħat tal-WHO. Dan jawgura tajjeb għall-futur. |
| Fl-okkażjoni | ta' l-iffirmar ta' dan il-ftehim qiegħed jiġi ppublikat The Public Health Report - Malta 2002. Din l-inizjattiva hija parti minn proċess kontinwu ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa u il-WHO. Ix-xogħol kollu sar permezz ta' għajnuna mogħtija bi ftehim simili li gie iffirmat sentejn ilu. Ir-rapport jiffoka fuq diversi oqsma kruċjali fil-qasam tas-saħħa pubblika f'Malta. F'dan ir-rapport diversi esperti lokali jindikaw l-isfidi ġodda li ghandna quddiemna fi żviluppi futuri tas-sahha pubblika. Ir-rapport hu intenzjonat ghall- pubbliku kif ukoll għall-professjonisti fil-qasam mediku kemm Maltin kif ukoll barranin. |
| Matul iż-żjara tiegħu | f’Malta, Dr. Danzon iltaqa’ ma’ l-għola uffiċjali tad-Diviżjoni tas-Saħħa, u flimkien iddiskutew meżżi ta’ koperazzjoni u għajnuna li l-WHO tista’ toffri lil Malta biex tikber dejjem il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en