DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, WAQT SEMINAR KONĠUNT BEJN L-ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAS-SOCIAL WORKERS U L-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITÀ – SLIEMA – 11.11.2003
pr1357
11/11/2003
| Kif tafu, it-tema magħżula għall-European Social Work Action Day ta’ | din is-sena hija “Diżabilità, Drittijiet tal-Bniedem u s-Social Work". Nistgħu ngħidu li hawn qed nittrataw ma’ tlett kunċetti li tant huma meqjusa essenzjali fis-soċjetà tagħna li fi ftit tal-jiem oħra se jkollna leġislazzjoni li tkopri it-tlieta li huma. Filwaqt li l-leġislazzjoni li tkopri id-Drittijiet tal-Bniedem ilha magħna għal żmien twil u hija nkorporata fil-Kostituzzjoni tagħna, il-liġi dwar id-drittijiet indaqs ta’ persuni b’diżabilità issa daħlet fit-tielet sena tagħha, filwaqt li l-liġi li tirregola l-professjoni tagħkom se tkun konluża mill-Parlament fi ftit tal-jiem oħra. |
| Filwaqt li nixtieq inżomm il-leġiżlazzjoni dwar | id-drittijiet tal-bniedem fl-isfond ta’ dak kollu li se ngħid, ippermettuli f’dawn il-minuti li ġejjin li nitkellem ftit fuq kif nara il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet indaqs ta’ persuni b’diżabiltà tirrelata ma’ dik li tirregola il-professjoni tas-social work f’pajjiżna. |
| Fit-tieni artiklu tal-liġi li jirregola l-professjoni | tas-social work insibu definizzjoni ta’ din il-professjoni. Il-liġi tiddefenixxi s-social work, jew ‘ix-xogħol soċjali’, bħala dak "is-servizz professjonali li jingħata għall-promozzjoni jew biex tkun restawrata interazzjoni reċiprokament benifiċjarja bejn individwi u s-soċjetà sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja, billi persuni li jkunu jirċievu dan is-servizz jingħataw għajnuna biex jifhmu, jsolvu u jipprevjenu problemi personali, interpersonali, familjari jew soċjali". Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni nistgħu ngħidu li l-liġi dwar opportunitajiet indaqs ta’ persuni b’diżabilità hija għodda mill-iktar effettiva f’idejn il-ħaddiema soċjali fix-xogħol tagħhom ma’ persuni b’diżabilità. U se ngħid kif. |
| Essenzjalment, din il-liġi tipprovdi kontra kull tip | ta’ diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali. Titkellem b’mod speċifiku fuq diskriminazzjoni fl-oqsma tax-xogħol, ta’ l-edukazzjoni, ta’ aċċess għal postijiet pubbliċi, t’akkommodazzjoni, u servizzi soċjali. Titkellem ukoll, per eżempju, fuq id-dritt ta’ persuni b’diżabilità li jiġu miċħuda li jixtru polza tas-sigurtà a bażi tad-diżabilità tagħhom. Din il-liġi tipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ kummissjoni li l-għan ewlieni tagħha hu li tassigura li persuna b’diżabilità jkollha id-drittijiet tagħha mħarsa; u meta dawn ma jiġux mħarsa, din il-kummissjoni għandha is-saħħa li tinvestiga u tieħu dawk l-azzjonijiet legali kollha meħtieġa biex tara li dawn id-drittijiet jiġu attwalment imħarsa. Fi kliem ieħor din il-liġi għandha isservi ta’ mudell għall-leġiżlazzjonijiet futuri li l-għan tagħhom jkun li jħarsu d-drittijiet ta’ kategoriji ta’ persuni li intkom l-aktar li taħdmu magħhom fil-prattika tal-professjoni tagħkom. Hawnhekk jiġuni f’rasi persuni, l-aktar nisa, li huma vittmi tal-vjolenza domestika u t-tfal abbużati jew ittraskurati. |
| Għalhekk, l-ewwel appell tiegħi illejla hu li | issiru aktar midħla ta’ din il-liġi u liġijiet oħra simili li jeżistu f’pajjiżna. L-iskop ewlieni ta’ kull liġi huwa appuntu li sservi ta’ għodda biex tirregola aħjar l-interazzjonijiet soċjali tagħna. Iżda jkun għalxejn li jkollok biċċa għodda jekk imbagħad ma tużahiex jew għax ma tafx kif tużaha jew għax tkun insejtha meta jkollok bżonnha. |
| U dan iwassalni għat-tieni punt tiegħi. Il-liġi li | tirregola l-professjoni tas-social work tisħaq fuq il-bżonn tat-taħriġ kontinwu biex iżżommu ruħkom aġġornati ma’ l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u riċerka riċenti fil-qasam tagħkom, kif ukoll leġiżlazzjoni ġdida li tirrigwarda il-professjoni tagħkom u d-drittijiet tal-klienti li taħdmu magħhom. Jiena nħossni kburija, kemm bħala deputat fil-Parlament kif ukoll bħala membru tal-gvern li matul dawn l-aħħar snin illeġislajna numru rekord ta’ liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-politika soċjali ta’ pajjiżna. L-impenn tiegħi hu li nara li dan inkomplu nwettquh matul din il-leġislatura li qiegħdin fiha u fil-ġejjieni. |
| Nagħlaq billi nawguralkom li dan is-seminar jkompli | jkattar fikom għarfien akbar kemm tal-għodod legali eżistenti kif ukoll tas-servizzi li għandu pajjiżna b’risq persuni b’dizabilità u b’hekk tkomplu twettqu d-determinazzjoni tagħkom li tkunu parteċipi fil-ħolqien ta’ soċjetà aktar solidali, ġusta u ugwali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en