Left arrow Mur Lura

SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN, GHAMEL WAQT IT-TNEDIJA TAL-portal:www.pulizija.gov.mt  – KWARTIERI GENERALI TAL-PULIZIJA, FLORIANA – 11/11/2003

pr1354
Date Icon 11/11/2003
Servizzgdid li permezz tieghu il-pubbliku ser ikun jista’ jaghmel rapporti lill-Pulizija permezz ta’ l-internet.
Skondcifri ippublikati mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, illum madwar terz tal-popolazzjoni ta’ Malta ghandha l-access ghall-internet. Din hija konferma ta’ kif, fl-ahhar snin, l-uzu ta’ din it-teknologija gdida ta’ komunikazzjoni bidlet radikalment il-mod kif sirna nghixu.
Il-fattli persentagg daqshekk qawwi tal-popolazzjoni taghna accetta l-internet u qed iqisu bhala mezz importanti ta’ komunikazzjoni inkoragixxa lill-Pulizija biex jezaminaw possibilitajiet godda ta’ komunikazzjoni mal-komunità. Wahda minn dawn l-inizjattivi godda huwa dik li qed iniedu illum – on-line reporting – servizz li huwa ntiz biex jiffacilita il-komunikazzjoni tac-cittadini mal-Pulizija. Is-sistema gdida tista’ tkun ghodda gdida li isservi biex ittejjeb il-bdil ta’ informazzjoni bejn il-komunità u l-Pulizija, informazzjoni li tant hija importanti, u xi kultant vitali, fl-operat tal-Pulizija.
Is-sistemal-gdida ser taghti facilitajiet godda lill-pubbliku fosthom  :

·     jirraporta reati zghar, per ezempju serq zghir u vandalizmu, permezz ta’ l-internet. Dawn ir-reati ma jridux ikunu ta’ theddida ghall-hajja, ma jinvolvux l-ebda danni fizici u l-ammonti f’serq irid ikun ta’ ammont fiskali zghir 

·     jirraporta telf ta’ oggetti li l-ammont tieghu ma jaqbisx il-Lm100 

·     jitlob informazzjoni minghand il-Pulizija u f’dan il-kaz it-talbiet jghaddu kollha mis-CMRU

·     jghin fit-tharis u l-infurzar tal-ligi billi jaghti informazzjoni lill-Pulizija dwar reati jew grajjiet li kien xhud taghhom u li jistghu ikunu importanti

hafna fl-investigazzjoni tal-Pulizija. Aspett importanti ta’ din il-facilità hija li dawk li juzaw l-internet jirrappurtaw kull materjal ta’ pornografija li tinvolvi t-tfal li jiltaqghu maghha waqt li jkunu online. Dan jissodisfa wahda mir-rakkomandazzjonijiet li saret mit-Task Force ‘Abbuz ta’ Tfal fuq l-Internet’ 

·     iressaq ilmenti meta s-servizz moghti mill-Pulizija ma jkunx ta’ livell mixtieq. Il-portal ser ikun fih ukoll facilità fejn wiehed jista’ jaghmel rakkomandazzjonijiet biex jitjieb is-servizz li jinghata mill-Pulizija lill-komunità. 

L-ghanta’ dan il-progett huwa li jressaq lill-komunità u l-Pulizija iktar qrib xulxin, billi juzaw l-internet bhala ghodda ta’ komunikazzjoni. Il-progett ghandu l-ghan li jtejjeb ir-relazzjoni, digà tajba, bejn il-pubbliku u l-Pulizija u b’hekk jiffacilita l-qsim ta’ informazzjoni li tista’ tkun vitali kontra l-prevenzjoni jew l-investigazzjoni ta’ reati.  Il-progett ser jghin ukoll inaqqas konsiderevolment il-procedura twila li tigi uzata bhalissa biex jigu processati talbiet bil-miktub.
Ir-rapportili jsiru on-line mhux ser jiehdu post il-Police Incident Reporting System (PIRS) bhala l-mekkanizmu ufficjali kif isir rapport izda l-ghan ta’ dan l-ezercizzju huwa li jservi bhala mezz extra ta’ komunikazzjoni bejn dawk li juzaw is-servizz ta’ l-internet u l-Pulizija.
Kullrapport li ser isir ser jigi vverifikat, validat, jekk necessarju anki permezz ta’ kuntatt addizjonali bejn il-Pulizija u l-individwu mbaghad jidhol fis-sistema tal-PIRS u hemm biss dan ir-rapport ikun ufficjalizzat.
Kullmin jaghmel rapport permezz tas-sistema l-gdida ser ikun jista’ jsegwi il-progress tar-rapport li jkun ghamel, permess ta’ password unika ghal kull kaz li tinhareg awtomatikament ma’ kull rapport. Barra minhekk il-Pulizija ser jinfurmaw lill-persuna fhiex ikunu waslu l-investigazzjoniet mhux iktar tard minn tlett’ijiem. Minhabba li certa informazzjoni tista’ tkun sensittiva kull min juza s-sistema jista’ jibqa’ anonimu. Mhux biss izda barra dan kull rapport ser jigi trattat kunfidenzjalment.
Danis-servizz li qed inniedu llum huwa pass iehor ’il quddiem li ser isahhah il-kollaborazzjoni li digà tezisti bejn il-komunità u l-Pulizija, kollaborazzjoni li minghajrha x-xoghol tal-Pulizija jsir iktar difficli, iktar u iktar meta wiehed iqis li hafna xoghol tal-Pulizija jiddependi minn informazzjoni mghoddija lilu mill-pubbliku.
Taghrifiehor

·     Kull rapport ser jigi mibghut awtomatikament lejn l-ghassa tal-pulizija l-iktar vicin il-post identifikat minn dak li jaghmel ir-rapport. Hekk, jekk xi hadd jirraporta li tilef il-kartiera f’Hal Balzan, ir-rapport awtomatikament ser jintbghat l-ghassa ta’ Birkirkara u jigi investigat mill-ufficjali li jkunu xoghol f’dik l-ghassa. 

·     Talbiet ghall-informazzjoni ser jghaddu ghand is-CMRU 

·     Rapporti ta’ affarijiet mitlufa ser jigu  pprocessati  mill-ghases tal-lokal 

·     Kull informazzjoni ser tghaddi lejn kull divizjoni specjalizzata. Ezempju : Rapport dwar reat kriminali ser jghaddi s-CID, rapport dwar abbuz ta’ droga ser jghaddi ghand id-Drug Squad, pornografija tat-tfal tghaddi ghan is-Cyber Crime Unit. 

·     Kull ilment jew suggeriment ser jghaddi ghand l-Internal Affairs Unit

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow