Left arrow Mur Lura

Jirbhu kompetizzjoni b’tema ambjentali fuq il-magazin ‘Sagħtar’

pr1352
Date Icon 11/11/2003
Il-Ministru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qassam il-premjijiet lil tmien studenti li rebħu kompetizzjoni b’tema ambjentali li saret fuq ir-rivista edukattiva ‘Sagħtar’.
F’kelmtejntal-okkażjoni, l-Onor. George Pullicino fakkar fl-importanza ta’ l-edukazzjoni biex jikber il-ħarsien ta’ l-ambjent fost it-tfal.  Hu saħaq fuq l-importanza li kulħadd jagħti sehemu għax ambjent aħjar jiddependi mill-isforz ta’ kulħadd.
Il-MinistruPullicino qal li mhux biżżejjed li ssir kritika, iżda issa hu l-waqt li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u kull min jista’, għandu jagħti sehemu biex issir azzjoni konkreta favur ambjent aħjar.
Il-kompetizzjonissir kull xahar fir-rivista tant popolari ma’ l-istudenti ‘Sagħtar’, u hi sponsorjata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Il-MinistruGeorge Pullicino ha wkoll l-okkażjoni biex jiltaqa’ wkoll ma’ żewġ studenti li dan l-aħħar kienu l-Italja, flimkien mal-ġenituri tagħhom, wara li rebħu kompetizzjoni oħra b’tema ambjentali organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.
Waqtli kienu l-Italja, l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jaraw ambjent naturali fl-aqwa tiegħu.  Iż-żjara kienet offruta mill-Ministeru għall-Ambjent Taljan fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow