Jirbhu kompetizzjoni b’tema ambjentali fuq il-magazin ‘Sagħtar’
pr1352
11/11/2003
| Il-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qassam il-premjijiet lil tmien studenti li rebħu kompetizzjoni b’tema ambjentali li saret fuq ir-rivista edukattiva ‘Sagħtar’. |
| F’kelmtejn | tal-okkażjoni, l-Onor. George Pullicino fakkar fl-importanza ta’ l-edukazzjoni biex jikber il-ħarsien ta’ l-ambjent fost it-tfal. Hu saħaq fuq l-importanza li kulħadd jagħti sehemu għax ambjent aħjar jiddependi mill-isforz ta’ kulħadd. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li mhux biżżejjed li ssir kritika, iżda issa hu l-waqt li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u kull min jista’, għandu jagħti sehemu biex issir azzjoni konkreta favur ambjent aħjar. |
| Il-kompetizzjoni | ssir kull xahar fir-rivista tant popolari ma’ l-istudenti ‘Sagħtar’, u hi sponsorjata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. |
| Il-Ministru | George Pullicino ha wkoll l-okkażjoni biex jiltaqa’ wkoll ma’ żewġ studenti li dan l-aħħar kienu l-Italja, flimkien mal-ġenituri tagħhom, wara li rebħu kompetizzjoni oħra b’tema ambjentali organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. |
| Waqt | li kienu l-Italja, l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jaraw ambjent naturali fl-aqwa tiegħu. Iż-żjara kienet offruta mill-Ministeru għall-Ambjent Taljan fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en