Left arrow Mur Lura

MALTA LACE DAY:  Il-bizzilla maħduma Malta hija fost l-iżjed bizzilla rikka li ssir fid-Dinja

pr1345
Date Icon 10/11/2003
“Permezzta’ din l-attivita’ qed nitfgħu l-attenzjoni tagħna lejn il-prodott artiġjanali tal-bizzilla.  Dan il-prodott irridu napprezzawh, nagħtuh l-istima li jixraqlu u ngħarrfu l-valur li fih.  Il-bizzilla Maltija hija bizzilla mfittxija ħafna u nfatti, llum qed tiżdied l-esportazzjoni tal-bizzilla Maltija.  Qegħdha tkun stabbilita bħala bizzilla unika fil-mod ta’ kif tkun maħduma u b’hekk qed tkun imfittxija ħafna fi swieq barranin ukoll.  Dan il-patrimonju f’dan l-artiġjanat irridu nibżgħu għalih.  L-awgurju tiegħi huwa li fil-ġejjieni jkollna aktar  nies li jafu jaħdmu l-bizzilla u jkollna aktar bizzilla fis-suq”.
B’danil-messaġġ, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo fetaħ l-attivita’ organizzata fil-jum dedikat għall-bizzilla f’Malta, fis-St. James Cavalier.
Dinhija t-tieni sena konsekuttiva li din il-gurnata qed tiġi organizzata f’Malta. Fil-gzira t’Ghawdex, din l-attivitia’ ilha tigi organizzata għal dawn l-ahhar tmien snin.
65 artiġjan fil-manifatturatal-bizzilla huma rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.
Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jaħdem biex ikabbar l-apprezzamentlejn dan il-prodott, u b’hekk naraw li jkun hawn aktar bejgħ ta’ bizzilla.  Din il-ħidma qed ukoll twassal biex fi ftit ta’ żmien ieħor nistennew li jkunu finalizzati l-istandards tal-bizzilla Maltija.
Danifisser li meta dawn l-istandards ikunu ppubblikati, allura dan il-prodott ikun protett minn bizzilla oħra.  Fil-fatt meta l-bizzilla tkun qed tiġi mahduma u ma tkunx tinkludi l-proċess kollu li tinkludi l-bizzilla Maltija, ma tkunx tista’ tinbiegħ bħala bizzilla Maltija,  la ma  tkunx tikkonforma ma’ l-istandards stabbiliti.

L-Onor. Vassallo temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Malta Lace Guild immexxija mic-chairperson Consiglia Azzopardi, tal-ħidma siewja favur il-bizzilla Maltija.  Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għas-sotto kumitat imwaqqaf apposta biex organizza din l-attivita’, liema sottokumitat huwa mmexxi minn Margaret Farrugia.  Huwa awgura wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f’din il-manifattura, biex jaraw li huma jkunu dawk li jħarsu din l-industrija minn dawk il-proċeduri li jistghu inaqqsu mill-preġju ta’ dan l-artiġjanat.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow