TERZ TAT-TURISTI FUQ CRUISE LINERS FIL-MEDITERRAN IŻURU MALTA
pr1343
07/11/2003
| Meta żar ix-xogħol li qed isir fil-proġett tal-Cruise Liner Passenger | Terminal, il-Ministru tat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li din is-sena kienu mistennija jżuru pajjiżna 400,000 turist abbord cruise liners. |
| Ċifri li kienu ppubblikati din il-ġimgħa mill-Uffiċju | Nazzjonali ta’ l-Istatistika juru li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena żaru Malta 293,139 turist abbord cruise liners, ċifra li kienet ta’ 28,594 iżjed mill-istess perijodu s-sena l-oħra. Meta wieħed iqis li madwar 1.2 miljun turist jieħdu cruise fil-Mediterran jirriżulta li f’Malta qed jiġu terz minn dawn it-turisti. Jirriżulta li wara l-Karibew il-Mediterran hu l-aktar parti tad-dinja li qed jara żieda ta’ ġiti permezz ta’ cruise liners. |
| Il-Ministru tat-Turiżmu qal li kienet il-mira | tal-Gvern li fis-settur tal-cruise liners pajjiżna ma jibqax iżjed biss port of call iżda jibda jintuża wkoll bħala home port, jew hub għall-cruises, fejn turisti jinġiebu Malta bl-ajru u jekk ikun hemm bżonn joqgħodu f’lukanda f’Malta sakemm tibda l-cruise. Dan iwassal biex pajjiżna ikabbar sostanzjalment id-dħul tiegħu minn dan is-settur. |
| Żied jgħid li parti importanti mill-infrastruttura | biex pajjiżna ikun jista’ jiġbed aktar viżitaturi fuq cruise liners u biex jibda jintuża bħala home port kienet li jkollna cruise liner passenger terminal modern. Hu qal li dan il-proġett kien jinkwadra wkoll fil-politika tal-Gvern li jiġu riġenerati l-inħawi tal-Port il-Kbir. Francis Zammit Dimech qal li kien b’dan l-iskop li wara sentejn ta’ negozjati bejnu u l-konsorzju VISET, kien iffirmat ftehim għall-kiri tas-sit għal 65 sena. Hu qal li f’kuntratt ta’ din l-entita’ kien iddaħħal għall-ewwel darba il-kunċett li l-Gvern jipparteċipa mill-profitti tal-kumpannija. Il-proġett, b’investiment ta’ Lm10 miljun, se jieħu erba’ snin biex jitwettaq. Ix-xogħol beda fl-aħħar tal-2001 u miexi b’ritmu mgħaġġel. Biex dan il-proġett seta’ jinbeda ried jinstab post alternattiv għal diversi ħwienet u uffiċji li kien hemm fis-sit tal-proġett. Dawn inbnielhom blokk bini ġdid faċċata tal-Ferry Terminal li ġie okkupat sitt xhur ilu. Il-konsorzju jrid jibni wkoll bini alternattiv għall-uffiċji tal-Malta Maritime Authority u uffiċji relatati mal-port. |
| Il-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal jinvolvi | restawr, riabilitazzjoni u tisbiħ tul ix-xatt kollu, mit-Telgħa tal-Kruċifiss sal-Ferry Terminal eżistenti. |
| Il-Ministru qal li kull min jgħaddi mill-inħawi | jinnota x-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-faċċati ta’ l-Imħażen ta’ Pinto u Forni. Hu qal li mhux biss kienu restawrati l-faċċati iżda nbniet il-parti li kienet twaqqgħet fl-aħħar gwerra dinija. Xogħol ieħor ta’ restawr qed isir fl-imħażen. |
| L-Onor. Francis Zammit Dimech qal li preżentament | kienet qed tinbena t-triq li mill-Marsa se twassal għall-Belt Valletta. Din it-triq se tgħaddi minn wara l-Imħażen ta’ Pinto u Forni u se tieħu post dik eżistenti li se tinbidel f’pedestrian zone għall-passiġġieri u l-pubbliku. |
| Parti oħra tal-proġett tinkludi r-riabilitazzjoni | tal-Power Station il-qadima li se tifforma parti mill-cruise liner passenger terminal. Hu qal li dan il-bini bħalissa qed jitnaddaf u qed isirulu diversi xogħlijiet ta’ tiswija. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-konsorzju VISET kien | se jiżviluppa marina fix-xatt tal-Belt fejn se jibni laguna li tkun l-attrazzjoni ewlenija tal-cruise liner passenger terminal, kien se jiżviluppa ferry terminal ġdid u atrium building. Il-proġett jinkludi wkoll landscaping ta’ l-inħawi kollha u ħolqien ta’ faċilitajiet ta’ divertiment. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu rringrazzja lill-konsorzju | VISET għad-determinazzjoni u l-ħeġġa li qed juri fit-twettiq ta’ dan il-proġett. Hu qal li l-konsorzju mhux biss kien qed iżomm mat-timeframes li kienu ġew iffissati għal dan il-proġett iżda kien hemm partijiet tal-proġett fejn ix-xogħol kien fi stadju aktar avvanzat milli miftiehem. Temm jgħid li t-twettiq ta’ dan il-proġett flimkien ma’ dak tal-Kottonera kienu se jagħtu liż-żewġ naħat tal-Port il-Kbir ħajja ġdida li minnha kien ser jgawdi il-pajjiż kollu b’mod partikolari r-residenti tal-lokalitajiet kollha fl-inħawi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en