Left arrow Go Back

ĦIDMA BIEX JONQSU ĠUGARELLI U PRODOTTI PERIKOLUŻI FIS-SUQ

pr1341
Date Icon 07/11/2003
“Għandna bżonn l-għajnunatagħkom biex innaqqsu l-prodotti perikolużi mis-suq.  Intom il-konsumaturi tistgħu tgħinuna fil-ħidma tagħna biex naraw li jkollna suq li ma jipprovdix għall-bejgħ prodotti li jistgħu joħolqu periklu waqt l-użu tagħhom.”
Danqalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza stampa. Huwa ħabbar kif id-Diviżjoni għall-Konsumatur u għall-Kompetizzjoni qed tniedi kampanja edukattiva biex il-konsumatur ikun aktar konxju tal-ħidma li qed issir u li għandha twassal lejn aktar sorveljanza u ħarsien tal-liġi tas-sigurezza dwar il-prodotti, li ġiet fis-seħħ f’Marzu 2001.(Product Safety Act)
Skonddin il-liġi l-ebda sid ta’ negozju ma jista’ jpoggi fis-suq prodotti bħal ġugarell, makkinarju u prodott li jintuża fid-dar, li jista’ joħloq periklu għall-konsumatur.  Skond din il-liġi, prodott hu meqjus safe għall-użu tal-konsumatur meta jkollu CE mark jew li jikkonforma mar-regolamenti.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo kompla jghid li “Għalhekk il-konsumatur qed ikun mitlub li qabel ma jixtri makkinarju, għodda jew xi prodott ieħor dan ghandu jara li jixtri prodott li fil-proċess tal-manifattura tiegħu, kienet qed tingħata attenzjoni partikolari lejn min ser juża’ dak il-prodott.  Biex naslu li bħala Awtorita’ nkunu konxji aktar mill-inċidenti li l-konsumatur seta’ jiffaċċja, din id-diviżjoni ser tkun qed tqassam formoli fi kliniċi speċjalment fil-Casualty ta’ St. Luke’s f’Malta u l-isptar għal-Għawdex. Dawn il-formoli jkunu jistgħu jimtlew minn dawk li jweġgħu bl-użu tal-makkinarju jew prodotti oħra.  Dan l-isforz qed isir sabiex il-Gvern jaċċerta lill-konsumatur li l-ħidma dovuta skond din il-liġi qed issir.  Issa jonqos li l-konsumatur jibda jagħti l-informazzjoni meħtieġa.
Biexikollna aktar prodotti ta’ standards, il-konsumatur irid jibda’ jkun hu li jaġixxi ta’ surveillance officer.
Danid-Dipartiment ikun jista’ jaħdem fuq l-informazzjoni li ser toffru.  Kemm-il darba l-konsumatur jagħżel li jżomm l-informazzjoni għalih, il-ħidma li bħala Dipartiment aħna obbligati li nagħmlu tkun iżjed diffiċli li ssir.  Ma dan kollu jrid jingħad li matul din is-sena saru madwar 1,000 spezzjoni biex jiġi assigurat li kemm jista’ jkun ma jkunx hemm prodotti ta’ periklu fis-suq.”

L-Onor. Vassallo kompla jispjega l-proċedura ta’ kif ser jaħdem dan id-Dipartiment.  F’ każ ta’ rapport, id-Dipartiment ikunu jista’ jibda’ l-investigazzjoni biex tkun identifikata l-kawża ta’ l-inċident u kemm-il darba jsir magħruf li prodott partikolari jista’ joħloq inċidenti u jikkawża perklu għall-konsumatur, dan il-prodott ikun imneħħi mis-suq.  L-informazzjoni wkoll ser tkun tista’ tgħin biex jiġi mfassal il-Program Annwali ta’ Ħidma għas-sorveljanza fis-suq għas-sena 2004 liema pjan ikun imfassal kemm mid-Diviżjoni kif ukoll mid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq. 

L-Onor. Vassallo temm din il-konferenza b’dawn il-kummenti:  “Bit-tneħħija tal-prodotti li ma jikkonfermawx ma l-istandards jiġi żgurat li fis-suq ikun hemm kompetizzjoni ġusta fejn kummerċjalment in-negozji jikkompetu fuq l-istess livell, jiġifieri li l-prodotti kollha li jkollna għall-bejgħ ikunu kollha ta’ l-istess standard tas-sigurta’ tal-prodott. Issa nawgura li jkollna l-għajnuna kollha li għandna bżonn u hekk inkunu kapaċi li flimkien nevitaw li jkollna aktar inċidenti li faċilment inkunu nistgħu nevitaw.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow