Laqgħa mal-Bejjiegħa tal-Laħam - ŻDIEDU L-ĦWIENET KIF UKOLL IL-BEJGĦ TAL-LAĦAM F'MALTA
pr1315
04/11/2003
| “Bis-simplifikazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju kif ukoll | biż-żjieda fud-domanda, ġie ġġenerat 5% aktar f'negozju ġdid u issa lħaqna 'l fuq minn 400 liċenzja ta' bejjiegħa tal-laħam." |
| B’dawn il-kummenti s-Segretarju Parlamentari | fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, beda jispjega s-sitwazzjoni tas-suq u l-bejgħ tal-laħam. Din il-laqgħa saret bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li l-Gvern qed jagħmel ma' setturi tan-negozju, bil-ħsieb li dawk kollha nvoluti jingħataw l-informazzjoni kollha li jkollhom bżonn, biex ikunu konxji ta’ din l-informazzjoni u fl-istess hin dan is-settur isir aktar self-regulating. Matul din il-laqgha tkellmu wkoll uffiċjali għolja mid-Dipartiment tas-Saħħa u mill-uffiċċju tal-Veterenarju kif ukoll uffiċjali mill-Malta Standards Authority.“Il-bejgħ tal-prodotti ta' l-ikel hija l-prijorita' fl-għażla tal-konsumatur Malti. Infatti huwa kkalkulat li 24% tal-konsum tmur fin-nefqa għall-prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk. Wieħed ukoll jista' jinnota li qed jiżdied in-numru ta’ ħwienet ġodda u t-talba għal bdil ta' l-idejn tal-ħwienet fis-settur tal-bejgħ tal-laham. Dan jista' jkun dovut għal simplifikar ta’ proċeduri fil-mod ta’ kif qed jingħataw il-liċenzji tan-negozju, għall-mod ta’ kif id-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħti permess biex aktar ħwienet tal-laħam jistgħu jippreparaw prodotti tal-laħam biex jinbiegħu mill-ħwienet tagħhom, kif ukoll għat-titjib fil-livell ta' l-għejxien tal-poplu tagħna, li llum qed jagħżel li jixtri aktar laħam frisk milli laħam ippakkjat tal-friża. Madankollu, wieħed ukoll irid isemmi li d-domanda għal-laham mill-proċessuri żdiedet ukoll.” |
| "Il-Gvern huwa mpenjat li ikompli jgħin | lin-negozju tal-bejgħ tal-laħam biex ikun jista’ jilħaq l-għola livell ta' kwalita'", sostna s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. |
| "Is-servizz tal-bejgħ tal-laħam laħaq ċertu | livell ta’ kwalita', irridu issa naraw li dan il-livell ikun aktar mifrux fost aktar ħwienet kif ukoll naraw li dan il-livell ta’ kwalita' jkompli jogħla. Dan is-settur irid ikun kontinwament mgħarraf bl-obbligi tiegħu lejn l-istandards ta' l-igjene, ir-regolamenti tal-labelling fuq prodotti, kif il-laħam għandu jkun trasportat u miżmum. Aktar ma jkollna ħwienet tal-laħam konxji minn dawn l-istandards ta’ kwalita', aktar ser ikollna kunsumatur li jagħżel jixtri l-laħam frisk minn għand dawn il-hwienet.” |
| L-Onor Vassallo kompla jispjega kif bħalissa qed | issir konsultazzjoni wkoll mal-Malta Federation of Industry, f’isem il-proċessuri biex tkun determinata d-domanda tal-laħam li jrid jiġi rrapportat, u dan sabiex nassiguraw li għal żmien il-festi tal-Milied, il-konsumatur jinqeda' u hekk ma jkunx hawn skarsezza ta’ dan il-prodott. |
| Is-Segretarju Parlamentari kompla jagħti l-informazzjoni | dwar il-prodotti li daħħlu l-biċċerija din is-sena, u kif minn statistika, jidher li hemm tnaqqis fil-qtil ta' ħnieżer u dan ifisser li filwaqt li żdiedet id-domanda, naqset il-produzzjoni lokali. L-importazzjoni f'dan il-każ trid tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas. (irreferi għat-tabella t’hawn taht) |
| Din il-laqgħa li saret illum fis-sala tal-Metco, | kienet organizzata mill-iSmall Business & Crafts Directorate, flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Laħam. |
Description | 2nd Quarter - 2002 | 2nd Quarter -2003 | ||
Number of heads | Carcass weight | Number of heads | Carcass weight | |
Cattle | 1,716 | 470,989 | 1,324 | 360,657 |
Pigs | 30,500 | 2,516,018 | 30,148 | 2,453,257 |
Broiler Production | 1,051,814 | 1,515,169 | 1,124,041 | 1,763,767 |
Total | - | 4,502,176 | - | 4,577,681 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en