Ghotja ta’ apparat mit-‘TIP TOP’ lill-isptar Pawlu Boffa
pr1311
03/11/2003
| Id-ditta TIP TOP tal-Fgura tat għotja ta’ apparat biex jintuża fid-Dipartiment | tal-Fiżjoterpija fl-isptar Pawlu Boffa. Dan l-apparat gie ppreżentat lill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Louis Deguara, fil-preżenza ta’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar u l-fiżjoterapisti li se jużaw dan l-apparat. |
| Dan l-apparat li jiswa madwar Lm4,000 jikkonsisti fi treadmill, | stationary bike, trampolines, treatment couches u free standing weights. Dan l-apparat bla dubju, se jkun ta’ benefiċċju għal numru kbir ta’ pazjenti li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ fiżjoterapija ta’ dan l-isptar fejn matul is-sena li għaddiet saru ’l fuq minn 6,000 sessjoni ta’ terapija. Bosta pazjenti li jattendu fid-dipartimenti ta’ l-onkoloġija u n-newroloġija jkollhom il-ħtieġa ta’ riabilitazzjoni. Ilum pazjenti ta’ l-isptar Pawlu Boffa qegħdin jingħataw il-fizjoterapija fl-isptar stess mingħajr skariġġ bejn sptar u ieħor. |
| Il-Ministru tas-Saħħa irringrazzja lis-Sur Joseph | Xuereb, direttur ta’ TIP TOP Ltd., ta’ din il-għotja u qal li dan l-apparat se jkun jikkumplimenta lis-servizzi bażiċi li jipprovdi l-gvern. Id-donazzjoni tat-TIP TOP hija turija ta’ solidarjeta’ fil-prattika fejn ditta bi snin ta’ suċċess, taqsam dan is-suċċess ma’ dawk li jinħtieġu l-għajnuna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en