Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iniedi l-Limestone Heritage Week
pr1302
31/10/2003
| Il-Gvern għandu l-ħsieb li fix-xhur li ġejjin iwaqqaf grupp ta’ | voluntiera li jkunu speċjalizzati fis-sengħa tal-bini u l-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ. Għal dan il-għan qed isiru tħejjijiet biex ikun hawn ċentru ta’ taħriġ apposta. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, | l-Onor. George Pullicino waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw aktar dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Limestone Heritage Week. |
| Il-Ministru George Pullicino ħabbar li | għall-attivitajiet ippjanati, li se jkunu mifruxa fuq ħamest ijiem, ser ikun hemm parteċipazzjoni ta’ voluntiera Ingliżi u Belġjani, membri tal-British Trust for Conservation Volunteers, li se jingħaqdu ma’ xi voluntiera Maltin. |
| George Pullicino qal li dawn huma attivitajiet | marbuta ma’ l-iżvilupp rurali ta’ pajjiżna li issa qed jingħata aktar importanza mill-Unjoni Ewropea, tant li dan l-iżvilupp huwa wieħed mir-riformi ewlenin imħabbra aktar kmieni din is-sena fil-politika agrikola komuni (CAP) tal-Unjoni Ewropea. |
| Hu qal li l-punt kruċjali tar-riforma hu li minn | issa ‘l quddiem, is-sussidji mhux ser jibqgħu jiġu bbażati aktar fuq l-ammont ta’ produzzjoni mill-bidwi, iżda se tibda tingħata aktar għajnuna għall-proġetti ta’ żvilupp tal-kampanja u l-protezzjoni ta’ l-ambjent rurali fost affarijiet oħra. |
| It-taħdidiet dwar l-għajnuna li se tingħata mill-Kummissjoni | Ewropea għall-konservazzjoni u ż-żamma tal-ħitan tas-sejjieħ, bħalissa qed ikunu finalizzati, waqt laqgħat li uffiċjali mill-Ministeru qed ikollhom fi Brussels. |
| Il-Ministru George Pullicino temm billi appella | lill-pubbliku biex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jsiru filwaqt li ħeġġeġ kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-organizzazzjonijiet b’interess f’dan is-settur, biex ikunu minn ta’ quddiem biex jassiguraw li l-proġett maħsub mill-Gvern, jirnexxi. |
Din hi t-tieni sena li fiha qed tkun organizzata din l-attivita’. L-attivitajiet li se jsiru bejn il-5 u l-10 ta’ Novembru jinkludu lectures pubbliċi u dimostrazzjonijiet ta’ bini ta’ ħitan. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websitewww.limestoneheritage.com
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en