Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOREVOLI DR TONIO BORG, MINISTRU TA’ L-INTERN, FIL-BIDU TAL-25 KORS GHAR-REKLUTI L-GODDA TAL-PULIZIJA, VALLETTA – IT-TLIETA 7 TA` JANNAR 2003

PR13
Date Icon 07/01/2003
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li qed nindirizza grupp iehorimdaqqas ta’ aspiranti kundistabbli li ddecidew li jidhlu jiffurmaw parti mill-familja tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Dan huwa l-25 Kors li qed jigi organizzat mill-Akkademjatal-Pulizija, mit-twaqqif taghha fl-1988, u l-hames wiehed f’din il-legizlatura. Bi pjacir nghid li wara li kellna waqfa ta’ sentejn f’dak li hu reklutagg, mill-1998 sal-lum fil-Korp dahlu 337 rekluta gdid jekk ninkludu l-102 li bdew il-Kors propju llum.
Nawguralkom mill-qalb kull success fil-kors li setibdew illum f’ l-Akkademja li mit-twaqqif taghha hadmet u ghadha qed tahdem bla heda, mhux biss biex tharreg lilkom u lil kull min bhalkom kien ghadu se jidhol Pulizija, izda wkoll biex tkompli tharreg lill-Pulizija ezistenti f’oqsma differenti. Biex naghti ezempju ta’ dawn il-korsijiet, illum Pulizija li ma jkunx ha kors u certifikat mill-Akkademja dwar l-isparar, ma jistax igorr arma fuqu.
Matul is-sena li ghaddiet biss, l-Akkademjaorganizzat b'kollox 32 kors u seminars differenti inkluzi in service courses li ghalihom attendew b`kollox 523 Pulizija.
Il-bidu ta’ din is-sena kien sinifikanti hafnaghall-Akkademja. Dan ghaliex mill-1 ta’ Jannar 2003, dahal fis-sehh il-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija li huwa l-frott ta’ xhur twal ta’ hidma u konsultazzjoni intensiva li beda mal-Pubblikazzjoni tal-White Paper dwar is-suggett f’Awissu 2001.
Din is-sena l-Akkademja se taghlaq hmistax–il senau l-esperjenza taghha kienet wahda pozittiva ferm. Bis-sahha tal-Ligi tal-Pulizija, l-Akkademja qed titwaqqaf bis-sahha ta’ ligi u qed titmexxa minn Bord li fih persuni indipendenti mill-Korp. Din il-bazi legali lill-Akkademja qed jaghtiha gharfien gdid u tirrifletti aktar il-mod professjonali li bih qed jahdem il-Korp tal-Pulizija llum.
Hemm affarijiet ohra li dahlu fis-sehh permezztal-Ligi l-gdida li huma ta’ interess partikolari ghalikom ir-rekluti l-godda u anke ghall-pubbliku in generali.
Sabiex tizdied il-fiducja u l-kredibilità tal-Korp,li minn dejjem kienet u ghadha qawwija, qed jitwaqqaf Bord tal-Pulizija kompost minn persuni barra l-Korp, li jkun jista’ jisma’ kull ilment mill-pubbliku dwar l-imgieba tal-membri tal-Korp. Dan il-Bord se jibda jopera mill-1 ta’ Marzu li gej u se jkollu bhala chairman lill-Imhallef Franco Depasquale li ftit gimghat ohra mistenni jirtira mill-kariga tieghu.
Dan il-Bord tal-Pulizija, minbarra li jisma’ ujagixxi fuq l-ilmenti li jerqsu quddiemu, jista’ jibda jinvestiga hu stess, spontanjament kull kaz li jista’ jitfa’ dell ikrah fuq l-immagni tal-Korp, anke jekk ma jircevix rapport ta’ ilment. Il-Bord jista’ jisma’ ilmenti anke minn membri tal-Korp stess. Funzjoni ohra ta’ dan il-Bord huwa li jissorvelja l-proceduri dixxiplinarji fil-Korp.
Ghall-ewwel darba s-shubija tal-Pulizija fl-Assocjazzjonital-Pulizija se tkun miftuha ghall-membri kollha u se tkun ukoll fuq bazi volontarja. L-Assocjazzjoni llum ghandha rwol aktar miftuh u qed tinghata lehen f’decizjonijiet ta’ natura socjali. Hemm ukoll il-Bord tan-Negozjati tal-Pulizija, li fih se jkun hemm ukoll membri ta’ l-Assocjazzjoni. Dan il-Bord jinnegozja dwar is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-Pulizija u jekk ma jkunx hemm ftehim, fl-istruttura hemm ukoll l-arbitragg.
Matul dawn l-ahhar erbghin sena kibret il-kuxjenzatal-poplu in generali b’mod partikolari dwar il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem. Fil-qasam tal-Pulizija dawn l-izviluppi kienu diretti l-aktar lejn tishih tad-drittijiet tal-persuna arrestata meta din tkun fil-kustodja tal-Pulizija. F’dan id-dawl il-ligi tahseb ghal diversi bidliet importanti fosthom id-dhul ta’ Kodicijiet ta’ Prattika li jirregolaw l-imgieba tal-Pulizija f’diversi sitwazzjonijiet. Digà gie ppubblikat il-Kodici ta’ Prattika ghall-Interrogazzjoni ta’ persuni arrestati. Qed jigu wkoll spjegati is-setghat tal-Pulizija fuq il-propjetà privata kif ukoll dwar l-uzu tal-Forza mill-membri tal-Korp.
Bis-sahha tal-Ligi l-gdida qed jidhol fis-sehhil-Programm ta’ Protezzjoni tax-Xhieda. Dan il-programm ikun japplika ghal dawk il-persuni li jkunu lesti li jixhdu fil-process ta’ xi partecipant f’delitt. Il-Qorti tista’ tippermetti lil dan ix-xhud biex jaghti x-xhieda tieghu viva voce matul il-process izda jigi fizikament separat mill-akkuzat jew jixhed permezz ta’ trasmissjoni televiziva kontemporanja.
Il-programm jista’ jipprovdi wkollghall-protezzjoni tal-hajja u l-propjetà tax-xhud li jkun ammess fil-programm. Malta tista’ wkoll taghmel ftehim ma’ pajjizi barranin, fuq bazi ta’ reciprocità, dwar l-ghajnuna fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ harsien tax-xhieda. Fuq l-istess linji, is-smigh ta’ xhieda vulnerabbli fosthom tfal taht l-età jew vittmi ta’ delitti kontra l-unur tal-familja u kontra l-morali jew li skond il-Qorti jehtiegu trattament specjali, jistghu jixhdu minn post iehor permezz ta’ trasmissjoni televiziva.
Il-kriminalità moderna titlob reazzjoni soda min-nahatal-Forzi ta’ l-ordni, l-aktar fid-dawl tal-fatt li qed inhabbtu wiccna mat-tip ta’ kriminalità internazzjonali li titlob aktar koperazzjoni bejn il-pajjizi biex tigi ffacjata b’mod effettiv.
Il-ligijiet ta’ pajjizna ghaddew minn bidlietestensivi li taw aktar poteri specjali lill-Pulizija, anke bl-emendi li saru fil-Kodici Kriminali li ntroduciet reati godda u harrxet il-pieni ta’ reati ezistenti. Il-Pulizija inghataw poteri specjali ta’ investigazzjoni; il-konfiska ta’ flus u propjetà li jkunu gejjin minn reati serji u anke ffrizar ta’ flus jew propjetà ta’ l-akkuzat, il-piena massima ta’ ghomor il-habs ghal reati ta’ traffikar ta’ droga, l-ezekuzzjoni f’Malta ta’ digrieti, ordinijiet u sentenzi mahruga minn Qrati barranin, huma kollha mezzi li taw sahha gdida lill-Forzi ta’ l-Ordni biex jikkumbattu l-forom godda ta’ kriminalità. Dawn il-poteri jridu jigu bilancjati b’kontrolli u salvagwardji godda, u l-ligi li dahlet fis-sehh fil-bidu ta’ din is-sena hija pass f’din id-direzzjoni.
Hija din ir-realtà l-gdida li ghaziltu li tiffurmawparti minnha. M’hijiex hajja facli, dik ta’ pulizija u ghalhekk insostni, ghalkemm tista’ tinstema bhala clichè, li x-xoghol ta’ Pulizija mhux semplici impjieg izda huwa vokazzjoni. Huwa sejha li jekk tittiehed bis-serjetà tista’ taghti hafna sodisfazzjon, l-aktar dak li nkunu nistghu nghixu f’komunità aktar sikura fejn ic-cittadini jistghu jghixu b’aktar serhan tal-mohh.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow