Left arrow Mur Lura

JIKBER IN-NUMRU TA’ LJIELI LI JQATTGĦU T-TURISTI F’MALTA ANKE L-INFIEQ

pr1297
Date Icon 31/10/2003
Il-Ministrutat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech ħabbar li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena t-turisti li kienu żaru Malta kienu qagħdu għal 7,858,278 lejl f’pajjiżna, żieda ta’ 10.3 fil-mija fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. Hu qal li jirriżulta wkoll li fl-istess perijodu, t-turisti nefqu madwar Lm23 miljun, jew tmienja fil-mija aktar,  filwaqt li  minn ras għal ras nefqu aktar minn Lm10 iżjed, jew qrib is-seba’ fil-mija aktar.
Dan qalu waqt diskors li għamel meta inawgura ix-Shaukiwan ChineseRestaurant fix-Xemxija.
Żiedjgħid li iż-żieda fin-numru ta’ turisti, u aktar u aktar, fin-numru ta’ ljieli li jqattgħu fostna, kienet tagħti sinjali pożittivi għall-operaturi  kollha fis-settur tal-lukandi u  ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel. Anke jekk is-settur turistiku kien qed jirpilja mid-daqqiet li qala’ fl-aħħar sentejn – minħabba  l-attakk terroristiku fuq l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-gwerra ta’ l-Iraq, il-marda tas-Sars u l-qagħda ekonomika fil-pajjiżi żviluppati  – xorta għadna ma nistgħux ngħidu li ħriġna kompletament mill-inkwiet li dawn l-avvenimenti ġabu fuq is-settur. Dan jirriżulta b’mod ċar miċ-ċifri li joħorġu mill-Uffiċju Ċentrali ta’ l-Istatistika fejn anke jekk in-numru ta’ turisti għall-ewwel tmien xhur tas-sena żdied, kien hemm xhur fejn kellna tnaqqis. Jirriżulta lill-Ministeru li hekk ġara f’Awissu u f’Settembru.
Il-Ministrutat-Turiżmu fakkar ukoll li filwaqt li t-turisti bl-ajru kienu qed jiżdiedu b’mod ġenerali, ma setax jingħad l-istess għall-passiġġieri li jiġu bil-baħar. Filwaqt li t-turisti li ġew Malta bl-ajru f’Awissu żdiedu, ma’ garax l-istess fin-numru ta’ turisti li ġew bil-baħar.  F’Awissu l-passiġġieri li gew bil-baħar naqsu bi 32 fil-mija – minn 13,952 għal 9442 – u hekk wasslu biex kellna tnaqqis fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna bħala total.  Hu sostna li dan inħass l-iżjed fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna mill-Italja, fejn filwaqt li kien hemm żieda fin-numru ta’ turisti li żaru pajiżna bl-ajru minn dak il-pajjiż, kien hemm nuqqas ta’ 3,166 li ġew Malta mill-Italja bil-baħar.
In-numruta’ passiġġieri li qed iżuru pajjiżna  bil-baħar naqas sostanzjalment f’dawn l-aħħar ftit snin anke  minħabba li m’għadhomx jiġu aktar passiġġieri mil-Libja wara li tneħħew is-sanzjonijiet li kienu mposti fuq dak il-pajjiż.
Is-setturprivat kien jikkontribwixxi b’mod determinanti fit-tkabbir tal-qasam turistiku kompla jgħid Dr.  Zammit Dimech. L-investiment fil-bini tal-lukandi u stabbilimenti ta’ l-ikel kien wieħed ‘mija fil-mija’ privat. Fakkar li bħalissa kienu qed jitwettqu 17-il proġett ta’ bini ta’ lukandi u estensjonijiet  b’investiment ta’ Lm52 miljun filwaqt li kienu qed jitwettqu tlett proġetti ewlenin b’investiment ta’ Lm170 miljun: il-proġett tal-Kottonera, il-proġett ta’ Manoel Island u l-Ponta ta’ Tigne u  l-Cruise Liner Passenger Terminal. Hu qal ukoll li fl-aħħar jiem kien approvat mill-MEPA, il-proġett tal-White Rocks li jinvolvi investiment ta’ Lm25 miljun u li mistenni joħloq 250 impjieg full-time. Dan il-proġett qed ikun koordinat mill-Ministeru għat-Turiżmu.
Il-Ministrugħat-Turiżmu  qal li dan kollu juri l-fiduċja li teżisti fost l-operaturi fil-qasam turistiku f’dan is-settur hekk importanti. Filwaqt li sostna li l-ftuħ ta’ ristoranti ġodda kien parti essenzjali mill-infrastruttura turistika, awgura lill-management tar-ristorant Shaukiwan Chinese, kull suċċess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow