SERVIZZ PUBBLIKU GĦAS-SEKLU 21
| Is-Servizz Pubbliku | huwa l-qalba ta’ l-amministrazzjoni tal-pajjiż u jrid ikun mgħammar biex jaqdi il-ħtiġijiet ta’ l-oqsma kollha tas-soċjeta`. Is-Servizz qiegħed hemm biex jimbotta l-pajjiż ’il quddiem, mhux iżommu lura. |
| Għalhekk | il-Gvern qiegħed jipproponi liġi dwar is-Servizz Pubbliku li taġġornah għall-bżonnijiet tal-lum u ta’għada. |
| Din | hija t-tielet fażi fi proċess ta’ riforma fis-Servizz Pubbliku. |
| L-ewwel | fażi bdiet fl-1990 biex tnaqqas il-burokrazija, u biex is-Servizz ma jibqax statiku u jpoġġi l-bżonnijiet tiegħu qabel dawk tal-pubbliku, iżda biex isir iżjed dinamiku, iżjed effiċjenti u iżjed mixħut biex jaqdi lin-nies. |
| Għal | dan il-Għan, il-Gvern ikkonċentra fuq is-sistemi nterni tat-tmexxija fid-dipartimenti tal-Gvern. |
| Fost | affarijiet oħra: |
· iddaħħlet sistema ta’ ippjanar ta’ xogħol fit-tul, mhux biss sena b’sena;
· sar ristrutturar fil-proċess tal-promozzjonijiet biex min hu kapaċi javvanza, speċjalment
fil-gradi ta’ fuq;
· sar investiment qawwi fl-informatika;
· il-ħatriet maniġerjali bdew isiru b’kuntratti għal tliet snin.
It-tieni fażi nbniet fuq il-kisbiet ta’ l-ewwel fażi, iżda issa l-enfasi kien fuq miżuri li jwasslu għal riżultati li jista’ jarahom il-pubbliku:
· Ħafna dipartimenti tejbu s-servizz billi ntrabtu pubblikament li se jilħqu miri ta’ kwalità;
· Bis-sistema ta’ gvern elettroniku, tinqeda mill-kumdità ta’ darek;
· Permezz tal-Public-Private Partnership, ħaddiema tal-Gvern qed jiġu utilizzati b’mod iżjed
produttiv.
| Illum | Malta għaddejja minn żmien ta’ sfidi. L-iżbilanċ fiskali jitlob trażżin fl-ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni. L-isħubija fl-Unjoni Ewropea se tqiegħed obbligi ġodda quddiem is-Servizz Pubbliku. Tibdil kontinwu fit-teknoloġija jfisser bżonn għal snajja’ u ħiliet ġodda fost l-impjegati tal-Gvern. Qegħdin ukoll jiżdiedu l-aspettattivi tal-pubbliku dwar il-kwalità tas-servizz li jirċievi. |
| Il-liġi | dwar is-Servizz Pubbliku se tinkorpora t-titjib li sar fl-ewwel żewġ fażijiet kif ukoll tkompli tirranġa u ttejjeb. |
| Biex | is-Servizz ikun iżjed effiċjenti hemm bżonn li kulħadd jagħti rendikont lil ta’ fuqu għax-xogħol li jwettaq. Il-liġi tgħaqqad katina ta’ responsabbiltà billi: |
· Il-Gvern jingħata għodod ġodda biex jorbot lill-kapijiet tad-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi li
jtejbu l-effiċjenza u joffru servizz aħjar;
· Fl-istess waqt, kull kap ta’ dipartiment ikollu iżjed awtorità biex ipoġġi miri quddiem
l-impjegati tiegħu u jeżiġi li jilħquhom.
| Iżda | biex jilħqu miri tassew impenjattivi, għandhom bżonn iżjed awtorità biex imexxu d-dipartimenti tagħhom. Il-liġi tagħti s-setgħa lil kull kap ta’ dipartiment li jiddeċiedi hu kif għandu jkun organizzat id-dipartiment u xi kwalifiki jrid fl-impjegati tiegħu. |
| Impjegati | li jiġu ngaġġati wara li l-liġi tidħol fis-seħħ ikollhom drittijiet bħal dawk ta’ impjegati fis-settur privat fil-każ ta’ temm ta’ impjieg. |
| Diġà | l-impjegati jridu jikkompetu ma’ ħaddieħor biex jitilgħu ċerti skaluni fis-sellum tal-karriera. Għall-impjegati l-ġodda, dan jibda jgħodd f’kull livell. B’hekk min hu kapaċi u jirsisti javvanza . |
| L-impjegati | li huma diġà fis-Servizz iżommu d-drittijiet li għandhom issa, iżda jekk jisfaw żejda jkunu jistgħu jintbagħtu jaħdmu banda oħra jew jitħarrġu f’xi sengħa ġdida. |
| Bil-liġi | l-ġdida, jissaħħaħ il-qafas tat-tmexxija tas-Servizz Pubbliku sew fil-livell politiku u sew f’dak amministrattiv: |
· bil-ħolqien ta’ Ministru responsabbli għas-Servizz;
· u ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni bħala Kap tas-Servizz;
· Jiġu definiti b’mod ċar is-setgħat ta’ tmexxija tas-Segretarji Permanenti, li flimkien jiffurmaw
Kumitat tat-Tmexxija għas-Servizz Pubbliku;
· Jitwaqqaf ukoll Servizz Eżekuttiv Anzjan li jiġbor fih is-senior managers kollha.
Ma jonqsux fil-liġi miżuri ta’ serjetà u kontabilità biex jiżguraw li l-kapijiet tad-dipartimenti jużaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali u b’hekk kulħadd jingħata servizz bi dritt skond il-merti tal-każ:
· Titwaqqaf Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu biex tiżgura li l-ħatriet fis-settur pubbliku jsiru
skond il-mertu. Jekk din il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ xi ħatra partikulari tkun tista’ tannulla
dik id-deċiżjoni;
· Jingħataw prominenza fil-liġi l-valuri tas-Servizz Pubbliku kif ukoll il-Kodiċi ta’ l-Etika, u
impjegati fis-settur pubbliku jkunu marbutin li jimxu bl-etika;
· Uffiċjali li jirrapportaw ksur tal-Kodiċi ta’ l-Etika jingħataw protezzjoni mill-Kummissjoni;
· Biex il-pubbliku jkollu fiduċja fil-proċess amministrattiv, il-kapijiet tad-dipartimenti ma jkunu
soġġetti għal direzzjoni minn ħadd ħlief fejn il-liġi tipprovdi mod ieħor meta jieħdu deċiżjonijiet
dwar ħatriet jew dixxiplina.
| Il-liġi | tkopri wkoll aġenziji u entitajiet oħra tal-Gvern. Ikun hemm lok għat-twaqqif ta’ aġenziji biex jagħmlu xogħol amministrattiv ta’ rutina jew biex jipprovdu servizzi lill-pubbliku. Dawn l-aġenziji jkollhom flessibilità iżjed minn dipartiment iżda jkunu soġġetti għall-istess miżuri ta’ kontabilità li għadhom kif issemmew. Entitajiet oħrajn tal-Gvern apparti kumpaniji wkoll jiġu soġġetti għall-istess miżuri ta’ kontabilità. |
| Il-liġi | proposta twassal għat-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern, ta’ Servizz Pubbliku li kapaċi joffri livell ta’ servizz li jixraq lill-poplu Malti u jaqdi l-bżonnijiet tal-pajjiż fis-seklu wieħed u għoxrin. F’dinja dejjem tinbidel, ħadd ma jista’ jibqa’ wieqaf. |
| Il-veduti | u l-ideat dwar il-liġi huma mitluba min-naħa tal-korpi kostitwiti, il-Unions, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, Uffiċjali pubbliċi, kif ukoll il-pubbliku. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en