IL-PROĠETT TAL-VILLAĠĠ TA’ L-ARTIĠJANAT TA’ TA’ QALI - PJAN TA’ ĦIDMA BI FTEHIM MAL-MEPA
| “Il-proġett | tal-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali huwa mistenni li, kemm-il darba l-MEPA tingħatala l-informazzjoni kollha li qed titlob, u l-proġett ikun approvat minnha, il-permess ta’ żvilupp jinħareg fi zmien qasir. F’dawn ic-cirkustanzi, l-MEPA qed tipproponili proċess ta’ simplifikazzjoni ta’ burokrazija u proċeduri, bil-ħsieb li ‘l quddiem, ikun mirbuħ iż-żmien għal dawk kollha li għandhom interess f’dan l-iżvilupp u li jistgħu ikunu huma, li jitfgħu l-offerta tagħhom għal din it-talba ta’ żvilupp.” Dan intqal mill-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, waqt Konferenza Stampa li saret fil-Ministeru, fil-preżenza ta’ rappreżentanti mill-MEPA. |
| Il-MEPA | qed tipproponi proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-uffiċjali taghha li huma responsabbli mill-verifika ta’ l-applikazzjonijiet ta’ major projects, ma’ l-iżviluppaturi prospettivi ta’ dan il-proġett. |
| Din | il-konsultazzjoni ser isservi biex dawn l-iżviluppaturi prospettivi jkunu jistgħu jitkellmu ma’ dawn l-uffiċjali dwar dan l-iżvilupp, u dwar kif huma jaħsbu li jistghu jiżviluppaw dan l-ispazju ta’ 25 tomna. Dan l-iżvilupp mifrux fuq medda ta’ 25 tomna, li jinsabu magenb l-ispazju allokat ghall-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’Qali, jista’ jkopri fih faċilitajiet ta’ rikrejazzjoni, sports, arti u kultura. |
| Permezz | ta’ din il-proposta, il-MEPA ser thaffef il-proċeduri biex tghin lil dawn l-iżviluppaturi prospettivi biex jaraw x’inhuwa possibbli li jsir fuq din l-art, jigifieri x’tip ta’zvilupp jista’ jinghata permess li jsir mill-MEPA. |
| Iżjed | ma’ dawn l-iżviluppaturi prospettivi jkunu mgħejjuna sabiex fl-inqas żmien possibbli jaraw xi żvilupp jista’ jsir f’dawn il-25 tomna, iktar jonqos iż-żmien li jrid jingħata bejn il-perjodu li fih ikunu nġabru l-konvenji ta’ tenants, li għalihom ser jinbena l-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali, u d-data tal-gheluq li fiha jinġabru l-proposti ta’ l-iżviluppaturi prospettivi. |
| Il-proċess | ta’ l-għażla ta’ l-iżviluppatur ser tkun tikkonsisti f’dan il-proċess: |
· Jibda minnufih proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-uffiċjali tal-MEPA u l-iżviluppaturi prospettivi dwar xi żvilupp jista’ jsir fuq il-25 tomna art. (Novembru 2003)
· Jinħareġ il-permess ta’ żvilupp fuq il-proġett tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali. (1 ta’ Diċembru 2003).
· Jingħata l-konvenju lil dawk it-tenants li huma preżenti f’Ta’ Qali, biex huma jkunu jistgħu jikkonfermaw l-għażla ta’ ċens għal 65 sena. (2 ta’ Diċembru 2003).
· Jinġabru l-konvenji u tkun determinata s-somma totali li ser tingħata lill-iżviluppatur, bħala kumpens għall-ispiża tal-bini tal-fabbriki ta’ dawk li ser jieħduhom b’ċens għal 65 sena. (1 ta’ Frar 2004).
· Minnufih ikun possibbli li jinghata bidu ghall-proċess ta’ offerta (tender), li huwa l-proċess ta’ l-għażla ta’ l-iżviluppatur li ser ikun magħżul minn fost dawk kollha li jitfghu l-offerta tagħhom. Ikun ikkunsidrat l-iżviluppatur eliġibbli biex jibni dan il-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat u jieħu l-25 tomna b’ċens għal 65 sena dak l-iżviluppatur li ser joffri l-iżjed ammont ta’ ċens li jrid jitħallas lill-Gvern kull sena. L-iżviluppatur li ser ikun magħżul għall-bini ta’ dan il-proġett u biex jieħu 65 sena ċens għall-iżvilupp ta’ l-art biswit dan il-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat, ser ikun mitlub iħallas is-somma ta’ Lm150,000 bħala premium għal dan il-proġett. (30 t’April 2004).
· Meta jkun magħruf min huwa l-iżviluppatur wara l-eżerċizzju ta’ verifikazzjoni ta’ l-offerti miftuħa, x-xogħol fuq il-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ikun jista’ jibda minnufih. (Mejju - Ġunju 2004).
· F’dan il-waqt, l-iżviluppatur ikun jista’ japplika formalment għall-permess ta’ żvilupp għall-bini tal-proġett fil-25 tomna li jkunu inghatawlu b’cens ghal 65 sena. (Mejju/Gunju 2004).
| Huwa | ttamat li mill-konvenji, u wara, mill-kuntratti taċ-ċens ta’ tenants li ser jieħdu għal 65 sena l-bini tal-fabbriki tagħhom, jinġabru mal-miljun u nofs liri Maltin, li ser ikunu qed jingħataw lill-iżviluppatur. Dan ifisser li kull min ser ikun qed jieħu b’ċens il-fabbrika tiegħu għal 65 sena, ser ikun qed iħallas għal bini tagħha. L-iżviluppatur magħżul minn dan il-proċess, kif regolat mit-tender maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, ser ikun marbut ukoll bil-kuntratt, kif jibni fuq il-pjanti approvati mill-MEPA, l-Villaġġ kollu ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali. |
| Aktar | ‘l quddiem, ser tingħata lit-tenants preżenti, l-kopja tal-konvenju u tal-kuntratt u dan biex it-tenants ikunu jistgħu jibdew il-proċess ta’ konsultazzjoni tagħhom mal-banek jew ma’ dawk l-istituzzjonijiet li ser ikunu qed jiffinanzjawhom. |
| Meta | wieħed iqis il-kumplikazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, wieħed jista’ jara li issa wasalna fl-iżjed fażi delikata fejn irid jiġi deċiż is-suċċess ta’ dan il-proġett. |
| B’din il-proposta tal-MEPA, | qed jonqos iz-zmien dedikat ghall-konsultazzjoni ma’ l-izviluppaturi prospettivi biex jippjanaw kif jistghu jizviluppaw b’mod produttiv dawn il-25 tomna art li ser jinghataw b’cens ghal 65 sena. |
| Għalhekk, din | il-konsultazzjoni ser tkun qed issir bla preġudizzju għall-ħruġ tal-permess ta’ l-iżvilupp mill-MEPA. Dan fih innifsu huwa eżerċizzju li ser jagħmilha possibbli li jinbeda l-bini ta’ dan il-proġett għal ħabta ta’ Mejju/Ġunju 2004, u dan ifisser li, kieku l-MEPA m’għamlitix possibbli li dan l-eżerċizzju jista’ jibda mmedjatament, allura l-proċess kien ikollu jitwal b’aktar min erba’ xhur oħra u l-bini tal-proġett kien ikollu jibda’ għal ħabta ta’ Novembru/Diċembru 2004. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo irringrazzja lill-MEPA għal din il-possibilita’ u awgura li kull min huwa nvolut, jara li jinżammu dawn it-targets li ssemmew. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en