QED TINBENA S-SOĊJETÀ MALTIJA TA’ L-INFORMAZZJONI
| L-istatiska | ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika turi li l-isforz tal-Gvern f’dawn l-aħħar tlett snin biex jippromwovi l-użu ta’ l-Internet u l-e-mail f’Malta qed iħalli l-frott. |
| Minn | Ġunju 2002 sa Ġunju li għadda n-numru t’abbonati ta’ l-Internet żdiedu bi 23%. Dan juri li b’pass mgħaġġel ħafna qed jiżdiedu n-nies li jużaw l-Internet regolarment. Biex wasalna s’hawn, il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment f’dawn l-aħħar tlett snin mexxa kampanja t’edukazzjoni u titjib fl-aċċessibilità. |
| F’dawn | it-tlett snin saret kampanja edukattiva estensiva fuq il-mezzi kollha tal-komunikazzjoni biex tipperswadi lil setturi differenti tal-kommunità bil-benefiċċji ta’ l-Internet u l-e-mail. Dawn il-kampanji iffukaw fuq setturi tal-kommunità li kien magħrufa li kienu jużaw l-Internet anqas minn setturi oħra bħall-anzjani, it-tfal, il-persuni b’diżabilità u dawk kollha li fl-edukazzjoni formali tagħhom ma kellhomx taħriġ bażiku fl-użu tal-kompjuters. |
| Saret | kampanja edukattiva wkoll li ffukkat fuq in-negozjanti sidien t’attivitajiet kummerċjali żgħar biex dawn ikunu persważi bil-benefiċċji għall-attività ekonomika tagħhom, li kellhom jibdew jużaw l-Internet u l-email. |
| Biex | iħajjar dawn is-setturi jibdew jużaw l-Internet, il-Gvern għamel aktar minn pubbliċità. F’dawn it-tlett snin sar sforz orkestrat biex aktar nies ikollhom f’idejhom l-għodda li tħajjarhom u tgħinhom jieħdu sehem fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni. |
| Il-Gvern | ipprovda b’xejn lil madwar 10,000 persuna taħriġ bażiku fl-użu tal-kompjuter u l-Internet. Il-persuni kollha li ħadu sehem fil-program My Web kienu membri ġodda tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni li qabel, ma kienu jafu xejn kif jistgħu jużaw l-Internet. Aktar minn nofs il-persuni li ħadu sehem fil-program My Web kellhom aktar minn 47 sena, jiġifieri kienu minn dak is-settur tal-popolazzjoni li l-anqas kien juża l-Internet. Il-Gvern ipprovda lil kull persuna li ħadet sehem fil-program My Web ħames siegħat b’xejn t’aċċess għall-Internet biex iħajjarhom jibqgħu jużaw dak li tgħallmu. |
| Il-Gvern, | bl-għajnuna tas-settur privat Malti, ipprovda e-mail account b’xejn lil kull min riedu biex jitħajjar jipprova juża l-Internet qabel jara jridx jinvesti flusu fih. Din kienet kampanja li ħajjret madwar 12,000 persuna, li qabel ma kellhomx e-mail account, sabiex jibdew jagħmlu użu minnu. |
| Il-Gvern | ipprovda aċċess għall-Internet f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, fiċ-ċentru u fil-periferija, minn fejn ħajjar lill-pubbliku jipprova juża l-Internet qabel ma jiddeċiedi sabiex jipprovdi aċċess aktar regolari minn daru jew mix-xogħol. Bl-istess mod il-Web-Phones f’kull pjazza ewlenija f’kull raħal u belt f’Malta u Għawdex irriżultaw f’mezz kif persuni li ma kellhomx aċċess għall-Internet f’darhom jew fuq ix-xogħol jitħajru jaraw x’jista’ jipprovdilhom l-Internet. |
| Dawn | l-inizjattivi kienu kollha mmirati biex nies li kienu magħluqa barra l-fruntieri ta’ l-aċċessibilità għat-teknoloġiji l-ġodda jingħataw iċ-ċavetta li tħajjarhom u tħallihom jidħlu fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni. |
| Il-Ministru | għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt esprima sodisfazzjon għar-riżultati tal-ħidma tal-Gvern li juru li fit-tlett snin minn Ġunju 2000, meta beda l-isforz tal-Gvern f’dan il-qasam, in-numru t’abbonati għall-Internet żdied b’165%. Dan jfisser li għal kull żewġ persuni li kienu jużaw l-Internet tlett snin ilu, illum qed jużawh ħamsa. “Hu ċar li r-Rivoluzzjoni Permanenti li beda l-Gvern tlett snin ilu diġà qed tgħati l-frott. Iżda hemm bżonn li r-Rivoluzzjoni Permanenti tkompli. Għad hemm min, għax għadu m’hux konvint jew għax għadu jibża’ jew għax għad m’għandux aċċess, għadu ma bediex igawdi mill-benefiċċji tat-teknoloġiji l-ġodda.” |
L-Onor. Austin Gatt kompla li l-inizjattivi l-ġodda tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment huma mmirati biex tinżamm ir-rata qawwijja ta’ suċċess fil-ħidma biex tintegħleb il-firda diġitali u biex inkunu ċerti li ma jinħolqux firdiet ġodda. “Il-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni li jiġbor fih is-setturi kollha interessati f’dan il-qasam għandu r-responsabbiltà li jgħin lill-Gvern jara li t-titjib kontinwu fit-teknoloġiji jibqa’ jew isir aċċessibbli għal kulħadd.”
Il-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni qiegħed jlesti t-tħejjija ta’ Strateġija Nazzjonali dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni li ser tkompli fuq il-ħidma li saret fit-tlett snin li għaddew. Il-Ministru Gatt spejga li “l-ideat li rridu niżviluppaw flimkien – Gvern, privat, soċjetà ċivili – jridu jżommu u jisbqu r-rittmu li lħaqna s’issa. L-aspirazzjoni tal-Gvern hi li Malta tkun mudell għall-Ewropa ta’ kif għandha tkun soċjetà ta’ l-informazzjoni fejn il-benefiċċji mit-teknoloġiji jitgawdu tassew minn kulħadd.”
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en