Left arrow Mur Lura

Esperjenza mill-isbaħ għall-Maltin u t-turisti

pr1284
Date Icon 29/10/2003
Metainawgura kumpless ġdid tal-kumpanija Sterling Group, fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-prodott turistiku kien magħmul minn diversi komponenti: il-lukandi u r-ristoranti, il-postijiet ta’ divertiment, l-infrastruttura ta’ toroq, elettriku, ilma u telekomunikazzjoni. Hu qal li kull wieħed minn dawn il-komponenti kien importanti biex min jiġi jżurna jmur lura b’togħma tajba u jagħmlilna reklam.
FrancisZammit Dimech fakkar li l-belt Valletta kienet mhux biss il-kapitali ta’ pajjiżna iżda wkoll ċentru storiku, politiku u residenzjali. Hu qal li fil-belt Valletta  kien hemm bini ta’ valur storiku u arkitettoniku, teżori ta’ arti, uffiċċji u stabbilimenti kummerċjali. Kompla jghid li dak li hu storiku jeħtieġ li jkun ikkonservat iżda fl-istess waqt irid ikompli jsir kull sforz biex inżewwġu l-modern ma’ l-antik b’mod li l-kapitali ta’ pajjiżna tibqa’ waħda ħajja.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-belt Valletta kienu jżuruha mijiet ta’ eluf ta’ nies kull sena, sew Maltin kif ukoll turisti. Il-kapitali ta’ pajjiżna kienet attrazzjoni għal dawk il-viżitaturi li jiġu Malta permezz tal-cruise liners li jidħlu l-Port il-Kbir. Hu qal li din is-sena kienu mistennija jżuruna permezz tal-cruise liners 400,000 viżitatur.
F’dawnl-aħħar snin il-Gvern, permezz tal-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-belt Valletta, wettaq numru kbir ta’ proġetti ta’ restawr ta’ palazzi, knejjes u bini storiku. Hu qal li l-Gvern wettaq ukoll proġetti ewlenin ta’ restawr bħal dak tal-Kavallier ta’ San Gakbu u ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Hu qal li minkejja li għad baqa’ ħafna x’isir, ix-xogħol li twettaq s’issa, kkontribwixxa biex il-belt Valletta terġa’ tikseb id-dinjita’ li jixirqilha.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li f’dan il-proċess is-settur privat ta l-kontribut tiegħu bil-bini ta’ ċentri kummerċjali, restawr ta’ bini storiku minn fejn qed imexxi l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, ftuħ ta’ ristoranti u postijiet ta’ divertiment. It-tiġdid tal-Belt Valletta kien proċess flimkien bejn il-Gvern u s-settur privat li jrid jissokta.

Dr. Zammit Dimech qal li l-ftuħ ta’ dan il-kumpless ġdid mill-iSterling Group kien jinkwadra tajjeb f’dan il-proċess ta’ tiġdid. Il-kumpanija Sterling Group għamlu minn dan il-kumpless esperjenza kulturali unika għall-viżitaturi Maltin u barranin. Hu qal li dan ma kienx post fejn  wieħed jidħol biss biex jixtri, iżda anke biex jikseb esperjenza dwar pajjiżna. 

Il-Ministrugħat-Turiżmu fakkar li pajjiżna m’għadniex nippromovuh aktar biss bħala destinazzjoni ta’ xemx, baħar u ramel. Illum lil Malta qegħdin ‘inbiegħuha’ bħala esperjenza. Hu qal li anke hawnhekk dan il-kumpless ġdid li qed ikun inawgurat mill-iSterling Group, joffri esperjenza mill-isbaħ għal min iżuru.
FrancisZammit Dimech qal li f’dan il-kumpless kien inbena ċinema li jesa’ 50 ruh fejn wieħed seta’ jara film dwar l-istorja tas-Salib ta’ Malta. Hu qal li fl-istess kumpless hemm ukoll Mużew tas-Salib ta’ Malta, b’eżempji mill-isbaħ tas-simbolu ta’ pajjiżna fosthom salib ta’ filogranu tal-fidda ta’ metru kwadru.
FrancisZammit Dimech qal li l-management ta’ dan il-kumpless irnexxielu jżewweġ dan il-bini, arkitettonikament impressjonanti, mas-sbuħija ta’ ġojjelli mill-isbaħ, xogħol ta’ l-artiġġjanat fil-filogranu minn ħaddiema tas-sengħa, xogħlijiet fil-ħġieġ magħmul Malta, souvenirs ta’ ġojjelli prezzjuzi fil-fidda u deheb, rigali li jinkorporaw is-Salib ta’ Malta u bizzilla ta’ Malta.
Il-Ministrugħat-Turiżmu irringrazzja lid-diretturi ta’ l-iSterling Group għal din l-inizjattiva tagħhom li għandha toffri esperjenza unika lill-Maltin u lit-turisti li jżuruna. Hu awguralhom kull suċċess f’din l-inizjattiva ġdida tagħhom, li kien ċert li kienet se tkun ta’ suċċess, kif dejjem kienu ta’ suċċess inizjattivi meħuda minn dan il-Grupp.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow