Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-MALTA FEDERATION OF PROFESSIONAL ASSOCIATIONS BIT-TEMA: “RIFORMI FIL-PENSJONI: X’ IMISS?” – GŻIRA – 27 OTTUBRU 2003

pr1277
Date Icon 28/10/2003
Nixtieqnirringrazzja lill-Federazzjoni talli stednitni għal dan is-seminar fuq il-pensjonijiet. Naħseb li din hija l-wieħed u għoxrin konferenza li qed issir fuq dan is-suġġett matul dawn l-aħħar erba’ snin.
Ħafnanies jistennew ħafna affarijiet mill-Gvern fuq dan is-suġġett. Il-Gvern ħa l-inizjattiva billi ħoloq Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-Welfare, li minnha ħarġu żewġ rapporti. Rapport Interim li stabilixxa l-parametri li madwarha r-riforma għandha ssir, u rapport ieħor ippreżentat miċ-Chairperson u li jippreżenta suġġerimenti konkreti ta’ kif ir-riforma għandha ssir.
Il-Gvernissa ser jagħti r-reazzjonijiet tiegħu, reazzjoni li tieħu fil-kunsiderazzjoni tagħha kemm is-suġġerimenti li għamel iċ-Chairperson, kif wkoll dawk is-suġġerimenti u r-reazzjonijiet l-oħra li ġew ppreżentati minn diversi organizzazzjonijiet matul dawn l-aħħar snin.
Danil-Gvern ma jemminx fil-konfrontazzjoni imma fil-kooperazzjoni. Dan huwa l-metodu li bih il-Gvern ittratta din il-materja. Dawn l-interventi għaldaqstant huma bżonnjużi. Importanti madankollu li fl-aħħar mill-aħħar naslu għall-mument tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-kwistjonitar-riformi tal-pensjonijiet għandha ħafna uċuh u aħna għandna naraw li tul kull pass li nagħmlu f’din it-triq, dejjem inzommu s-solidarjetà quddiem għajnejna. Il-persuni li aktar għandhom bżonn il-protezzjoni soċjali għandhom jibqgħu jiġu mħarsa. Huwa f’dan il-kuntest li l-Gvern iddikjara li safety net ser tiġi mħarsa, biex kull persuna tkun assigurata livell xieraq ta’ kwalità ta’ ħajja wara l-irtirar.
Hawnhekktajjeb li ngħid li l-Gvern ħa juża s-saħħa li ttiħ il-Liġi, biex jinqatgħu l-abbużi. Il-Gvern huwa kommess biex jaqta’ dawn l-abbużi kemm jista’ jkun u bħalissa għaddej ezerċizzju intern, sabiex jiġu identifikati emendi li jista’ jkun li hemm bżonn isiru sabiex, l-ewwel u qabel kollox inkunu f’pożizzjoni aħjar li nidentifikaw ċirkustanzi ta’ frodi u abbuż. Qed ninvestigaw wkoll il-possibiltà ta’ pieni amministrattivi aktar ħorox għal min jinqabad jabbuża b’mod ripetut.
Nixtieqmadankollu niġbed wkoll l-attenzjoni tagħkom, bħala organizzazzjoni ta’professjonisti. Jeżistu każi ta’ abbuż minn ċerta setturi ta’ professjonisti. Minn informazzjoni li għandna qed nistabilixxu b’mod aktar preċiz, min huma dawk il-professjonisti li b’mod konsistenti jew perjodiku qed jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew jassistu lil ħaddiehor sabiex jieħu dak li ma’ jkunx ħaqqu. Dan m’huwiex aċċettabli, u fil-ġranet li ġejjin ser jibdew jittieħdu l-passi neċessarji sabiex nuru r-riżultati ta’ dak li qed ninvestigaw.
Il-ġliedabla ħniena kontra l-abbuz mhix motivata mill-bżonn li jitnaqqas l-infiq tal-Gvern kif hemm min qed jallega. Dan il-Gvern għandu rekord stabbilit ta’ mpenn kontra l-abbuż, tant hu hekk, li matul dawn l-aħħar erba’ snin il-Gvern iffranka total ta’ Lm11-il miljun lira fuq iċ-Childrens’ Allowance, grazzi għall-isforzi li saru sabiex issa kull benefiċċju taċ-Childrens’ Allowance jiġi mħallas b’mod korrett sa’ mill-ewwel ġurnata.
Il-prinċipjuli jmexxina huwa dak tal-ġustizzja soċjali. Matul dawn l-aħħar snin, permezz ta’ dawn il-miżuri, seta’ jkun possibbli li ninvestu miljuni ta’ flus fi proġetti soċjali u f’impenn finanzjarju akbar fil-qasam soċjali, bħalma hi ż-żieda ta’ madwar tmenin social worker ġdid fl-Aġenzija APPOĠĠ.
Danil-prinċipju ser imexxina wkoll fil-każ tar-riforma fil-pensjonijiet u f’dik dwar is-saħħa. Il-problema tal-pensjonijiet ħa tolqot lil pajjiżna bħal ma qed tolqot lil sħabna fl-Ewropa. Għandna vantaġġ li nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi ta` pajjiżi oħra u ma nirrepetux żbalji li jista’ jkun li saru.
Id-direzzjonili fiha mixjin qed turi li dak li għandna, għandu jiġi protett - iżda għandna nibdew nieħdu mizuri sabiex infasslu pjan fit-tul li gradwalment jintroduċi bidliet importanti. Dan irid isir ukoll fil-kuntenst ta’ ħolqien ta’ stimoli sabiex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tirrigenera ruħha u ttejjeb il-kwalità tal-prodott tagħha. Żgur li fattur prinċipali ta’ dan kollu hija l-kwalità tar-riżorsi umani disponibbli għax-xogħol. Irridu niggarantixxu livelli adekwati ta’ ħiliet filwaqt li nkabbru l-possibiltà li jitwal il-perjodu tal-ħajja tax-xogħol.
Is-soluzzjonijietli rridu nsibu flimkien jistgħu jieħdu diversi forom. Uħud minnhom diġà ġew indikati mill-Gvern f’okkażjonijiet differenti. Bħala eżempju, insemmi li d-diskors tal-Budget tas-sena l-oħra diġà indika li l-kontribuzzjoni tal- “National Insurance” għandha tinqasam. Parti tmur għall-pensjoni u l-oħra tmur għas-saħħa. Intqal ukoll li l-kontribuzzjonijiet għandhom ikopru l-benefiċċji kontributorji filwaqt li dawk mhux kontributorji għandhom ikunu koperti b’finanżjament li jiġi mit-taxxi.
L-intenżjonital-Gvern hija li jippreżenta r-reazzjoni tiegħu għall-proposti taċ-Chairman tal-Kummissjoni fl-1 ta’ Novermbru li ġej. Nittamaw li l-membri l-oħra jagħmlu l-istess. Wara dan, nixtiequ li d-diskjussjoni tkompli fl-MCESD biex eventwalment naslu għal ftehim dwar id-dettalji tas-sistemi l-ġodda li rridu ndaħħlu. Finalment, hu importanti li l-parametri ġenerali jkunu stabbiliti u possibilment imsemmija fil-Budget li ġej.
Nenfasizzali l-Gvern ser ikompli jisma’ u janalizza dak kollu li qed jingħad, madankollu, ma nistgħux nibqgħu ngerrmu l-problema mingħajr ma nindirizzawha b’mod konkret. Issa irridu ngħaddu għad-deċiżjonijiet konkreti.
Nifhemli kull settur tas-soċjetà għandu t-tendenza li jħares u jipproteġi l-interessi tiegħu. Il-qasam tar-riforma fil-welfare jeħtieġ koperazzjoni minn kulħadd favur l-interessi nazzjonali, li minnhom kulħadd ser jaqsam fil-ġid li eventwalment jista’ jonħoloq.
Il-Gvernirid jisma’ lilkom l-organizzazzjonijiet. Aħna nafu li għandkom x’ toffru. L-MCESD huwa l-post fejn dan jista’ jsir. Iż-żmien li fih nitkellmu biss, wasal biex jintemm; u waslet il-fażi li nibdew nintroduċu sistemi biex intejbu u neffetwaw ir-riformi li jinħtieg.  Irridu nimxu ’l quddiem b’onesta u realiżmu biex inkunu nistgħu nwettqu dawn ir-riformi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow