TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - MARSASKALA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Marsaskala minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Settembru sa nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru, 2002. Ma jsirx tiġdid nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Marsaskala fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘Sant’Anna’, Triq Santa Tereza (dħul minn ta’ Monita). Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Marsaskala. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta’ l-Identità l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ’l quddiem mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en