LM 15,756 IPPREŻENTATI MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA U S-SINJURA de MARCO F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
66 individwu bbenefikaw minn aktar minn LM 12,000, li minnhom, madwarLM 7,000 huma għajnuna għal apparat speċjali.
L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco illum, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret dalgħodu fil-Palazz, il-belt Valletta.
It-total tas-somma ppreżentata tlaħħaq il-LM 15,756.
Dalgħodu 66 individwu u 10 istituzzjonijiet filantropici bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-individwi bbenefikaw minn total ta' LM 12,021, li minnhom, madwar LM 7,000 huma għajnuna għal apparat speċjali. Dan l-apparat specjali jikkonsisti fi special wheelchairs, special buggies, lifting chairs u oħrajn.
It-total ta' donazzjonijiet li minnhom ibbenefikaw diversi istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet hu ta' LM 3,375. Fost dawk li rċevew l-għajnuna ippreżentata dalgħodu mill-E.T. il-President u s-Sinjura de Marco huma:
Apap Institute LM 1,000
Trasport għal Ħajja Indipendenti LM 500
Domus Mariae, Marsaxlokk LM 500
Malta Red Cross Society LM 450
Istituzzjonijiet oħra huma Dar Ħniena Samaritan, Dar Fra Diego, Sptar Mount Carmel, Muscular Dystrophy Group, MUSEUM tal-Bniet, Dingli u St Jeanne Antide Welfare Campaign.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en