Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JIĊĦAD L-ALLEGAZZJONIJIET MAGĦMULA MINN EDWARD GAUCI BORDA

pr1273
Date Icon 27/10/2003
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet magħmula mill-ex Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd Edward Gauci Borda, waqt il-programm Follow Up li xxandar il-bieraħ fuq l-istazzjon Super One.
Is-SurEdward Gauci Borda allega li l-Ministeru ħallas is-somma ta’ Lm36,491.95 mingħajr il-verifika ta’ l-awdituri privati mqabbdin mill-istess Ministeru.  Il-fatti huma li din is-somma tagħmel parti mis-sussidju dovut lill-proċessuri u dan kien verifikat mill-awdituri privati f’Jannar tas-sena l-oħra.  Mhux minnu għalhekk li l-awdituri taw parir lill-Ministeru biex dawn is-sussidji ma jitħallsux lill-proċessur.
Il-Ministerughall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent isostni li mhux minnu anqas dak li ġie allegat mis-Sur Gauci Borda li nħareġ pagament dirett lil xi raħħal partikulari, għax is-sena li għaddiet il-pagamenti ngħataw lill-proċessuri wara li saret verifika dettaljata mill-istess awdituri.  Il-pagamenti ngħataw lill-proċessuri bħala rifużjoni wara li l-proċessuri kienu ħallsu 7 ċenteżmi jew iżjed lill-bdiewa fuq kull kilo, u li minnhom 5 ċenteżmi kienu s-sussidju tal-Gvern.  Dan l-arranġament kien japplika għal kull proċessur mingħajr ebda distinzjoni.
Il-Ministerujsostni wkoll li hu ċar li s-Sur Gauci Borda ried iqarraq jew inkella ried jitfa’ dawl ikrah fuq xi ħadd partikulari u għalhekk għandu minnufih jirtira l-allegazzjonijiet foloz tiegħu.
Mhuxsew li għad hawn min għandu biss l-interess li jfixkel ix-xogħol kollu li qed jitwettaq mill-Ministeru biex ikun integrat is-settur kollu tat-tadam għall-ipproċessar u b’hekk il-proċessuri jibqgħu jixtru tadam imkabbar mill-bdiewa Maltin u Għawdxin, u dan skond ma kien miftiehem bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea.
Minkejjat-tfixkil ta’ xi wħud, il-Ministeru se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu biex jassigura li l-bdiewa Maltin u Għawdxin, bħal bqija tal-pajjiż, jkunu ppreparati u b’hekk ikunu jistgħu jieħdu l-aqwa vantaġġi mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow