Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa’ ma’ l-organizzazzjoni Start-Up Malta
pr1272
27/10/2003
| “112-il | persuna gradwati, sa l-aħħar ta’ Settembru kienu għadhom qed jirreġistraw għax-xoghol wara li kienu spiċċaw l-istudji tagħhom mill-Università. Fil-ġejjieni rridu naħsbu iżjed fil-probabilità li aktar studenti ser ikunu qed isibu xogħol għalihom bħala freelancers/self-employed, milli bħala mpjegati ta’ azjenda.” |
| “Quddiem | din ir-realtà, il-ħidma li qed jagħmlu dawn l-istudenti li waqqfu din l-organizzazzjoni Startup Malta qed tixhed il-ħtieġa li l-istudenti nfushom ħassew li hija nieqsa mill-Università. Meta tara l-istudenti li kienu huma li organizzaw lilhom infushom biex jagħtu dan it-taħriġ prattiku fl-entrepreneurship u fejn ħolqu għalihom infushom l-opportunità li huma jitgħallmu mill-esperjenza, wieħed bilfors jasal għall-konklużjoni li jgħid dan it-taħriġ huwa essenzjali għall-istudent ta’ llum.” |
| Dan | intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta llum kien qed iżur l-organizzazzjoni Startup Malta, waqt it-tnedija f’lukanda f’San Giljan. |
| “B’dak | li qed jagħmlu dawn l-istudenti ma’ sħabhom studenti, għandu jgħinna nintebħu li llum student fl-Università kif ukoll fl-MCAST, ma jistax ikun qed jilħaq il-milja fl-istudji tiegħu kemm-il darba ma jingħatax it-teorija u l-prattika fil-mod ta’ kif jista’ jikkalkula r-riskju u jieħdu. Dan huwa taħriġ prattiku fl-entrepreneurship”. |
| “S’issa | l-Università bħala istituzzjoni għadha ma tagħrafx din il-ħtieġa, u f’dan ir-rigward għadu kważi m’hu qed isir xejn. Quddiem din ir-realtà irrid għaldaqstant inħeġġeġ lill-istudenti li jekk iridu joħorġu mill-Università aktar ippreparati għad-dinja tax-xogħol, huma għandhom bżonn li jgħaddu minn din l-esperjenza, li dawn iż-żgħażagħ bl-iskema Startup Malta, qed joffru lil żgħażagħ sħabhom“ |
L-Onor. Edwin Vassallo kompla jghid kif Malta bħala pajjiż li ser ikun membru fl-Unjoni Ewropea, huwa obbligat li fl-Università huwa joffri lil istudenti l-opportunità li jgħaddu mit-taħriġ ta’ Entrepreneurship.
| “Intom | studenti araw li tagħmlu l-aħjar li tistgħu biex tgħaddu minn din l-esperjenza ħajja ta’ taħriġ fl-entrepreneurship. Fil-ġejjieni, il-probabilità ser tkun li fil-maggior parti taghkom intom ser tippreferu li minflok issibu mpjieg bhala impjegati, tibdew toffru s-servizzi tagħkom b’kuntratt, bhala freelancers jew self-employed. Illum fl-Università qegħdin tiġu mħarrġa tajjeb ħafna fl-oqsma ta’ l-studji tagħkom, iżda jekk tridu tkunu tassew ippreparati, tridu taraw li jkollkom dan it-taħriġ prattiku fl-Entrepreneurship. |
| ’Il | quddiem, intom tridu tieħdu riskji, tridu tkun imprendituri, kif ukoll professjonisti. Kunu mħejjija għall-ġejjieni għaliex il-ġejjieni mhux ser ikun komdu. Il-kompetizzjoni fin-negozju ser tbiddel il-mod ta’ kif qed naħdmu u ninnegozjaw. Intom, studenti, għandkom taraw li min mhux qed jara din ir-realtà, tikkonvinċuħ biex iħejjijkom għal din ir-realtà. Jiena persważ li fl-MCAST, ser nasslu li noffru dan it-taħriġ, iżda fl-Università għadna ’l bogħod, minkejja li dan huwa obbligu li ċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar qed ipoġġi wkoll fuq l-Università. Għalhekk dak li qed iwettqu dawn l-istudenti huwa tassew esperjenza meħtieġa għal kull student Malti u Għawdxi.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en