Rivoluzzjoni permanenti fil-mod kif pajjiżna jħares lejn it-teknoloġija
pr1270
24/10/2003
| Meta kien qed jitkellem waqt | il-laqgħa ġenerali annwali tal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) il-Ministru Austin Gatt fisser li tlett snin ilu ngħata bidu għal rivoluzzjoni permanenti fil-mod kif pajjiżna jħares lejn it-teknoloġija. Tlaqna mill-kuntest ta’ l-1987 fejn il-kompjuters kienu oġġetti ta’ stmerrijja u theddida għall-ekonomija u għax-xogħol. Illum saru għodda kruċjali għax-xogħol, it-tagħlim, il-kultura u d-divertiment. |
| Il-Ministru | Gatt fisser li l-isforzi tagħna huma msawra fuq aċċessibilità u edukazzjoni, titjib fil-kwalità tal-ħajja u l-inkabbru l-aċċess għas-suq tax-xogħol (employability). Dawn l-oġġettivi huma tassew relevanti anke fil-każ tal-persuni b’diżabilità |
| Dr | Austin Gatt spjega li llum inħoloq livell ġdid ta’ litteriżmu li jista’ jitiqes ukoll bħala kwalifika ġdida biex tipparteċipa fis-soċjetà u fl-ekonomija. Mhux biss, iżda nħoloq riskju ta’ diżabilitajiet soċjali ġodda li jillimitaw aktar l-aċċess għal ħajja normali lil nies bi bżonnijiet speċjali. |
| Dan | fil-prattika fisser li uffiċċji tal-Gvern minn fejn kont ridt tmur tinqeda’ ma kienux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; ma kienux aċċessibbli għal kull min ma kellux ħin x’jitlef; ma kienux aċċessibbli għal min ma kellux transport. L-isforzi tagħna permezz ta’ l-e-Government kien biex negħlbu dawn l-ostakli għall-aċċessibilità. Ir-riżultat kien li fix-xahar ta’ Settembru 133,000 tranżazzjoni mal-Gvern saru b’mod elettroniku. |
| Fid-diskors | tiegħu Austin Gatt, fisser dak li ġara u li qed jiġri f’pajjiżna bħala rivoluzzjoni permanenti. Jekk wieħed janaliżża s-sitwazzjoni preżenti wieħed jinnota li grazzi għal din ir-rivoluzzjoni llum għandna aċċess għat-teknoloġija minn kull belt u raħal f’Malta u Għawdex. Dan ifisser li prattikament kull servizz tal-Gvern huwa provdut f’kull lokalita, minn Marsaxlokk sa San Lawrenz, Għawdex 24 siegha kuljum ghal sebat ijiem fil-gimgha. Ħadna ħsieb li jkun hawn għarfien tat-teknoloġija f’kull livell. Dan billi qed nipprovdu ċertifikazzjoni ta’l-ECDL lill-istudenti f’livell sekondarju, filwaqt li permezz ta’l-inizjattiva My Web ħloqna 8,000 litterat ġdid tat-teknoloġija. Mhux biss iżda ridna wkoll noħolqu aċċessibilità finanzjarja. Fil-fatt sal-bierah, 21,000 student ġabru l-kopja tagħhom tas-software tal-Microsoft bi prezz vantaġġjuż. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li bħal kull rivoluzzjoni, biex tiġġieled Rivoluzzjoni Permanenti trid l-alleati. “Il-Ministeru tiegħi irnexxielu jidħol f’allejanzi strateġiċi fosthom ma’ kumpaniji multinazzjonali bħall-Microsoft, Cisco u Oracle u s-settur privat malti. Ħloqna sinerġiji fis-settur pubbliku u mas-Soċjetà Ċivili bħall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita. Grazzi għal dawn is-sinerġiji llum ninsabu f’pożizzjoni tajba biex nisfruttaw l-isfidi tal-ġejjieni”, kompla Dr. Gatt. |
| Il-Ministru | Gatt qal li bħala parti mill-ewwel ftehim mal-Microsoft, minn hawn u ftit ġranet oħra ser inħabbru skema partikolari għall-persuni b’diżabilità għall-aċċess għas-software tal-Microsoft. Mhux biss iżda wieħed mill-pilastri ewlenin tat-tieni ftehim mal-Microsoft li qed jiġi negozjat bħalissa ser jara lill-Microsoft tgħin fl-iżvilupp f’Malta ta’ software speċjalizzat għall-persuni b’diżabilitajiet differenti bl-involviment dirett tar-rappreżentanti Maltin tagħhom. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li l-Gvern huwa kommess li jkompli din ir-Rivoluzzjoni Permanenti. “Qed norganizzaw aħjar lilna nfusna internament, noħolqu sinerġiji interni, nikkoordinaw xogħolna u neliminaw il-mentalitajiet antiki t’imperi fejn kulħadd jaħdem għal rasu.” |
| Il-Ministru | Gatt saħaq li r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita jibqa’ kruċjali. Kien għalhekk li ridna l-parteċipazzjoni tal-KNPD fit-tħejjija ta’ l-istrateġija nazzjonali fil-qasam tal-ICT u fl-implimentazzjoni tagħha. Dr Gatt kompla li fl-Abbozz li ħejjejna, hemm kunsiderazzjoni għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità prattikament f’kull taqsima u kull aspett ta’ l-istrateġija. Dan għax tabilħaqq nemmnu li rridu tassew kullħadd jkun parti u jibbenfika, mill-kisbiet u l-vantaġġi tar-rivoluzzjoni permanenti li qed ngħixu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en