Parteċipazzjoni fi studju dwar riċerka fuq attakki tal-qalb
pr1264
24/10/2003
| Fi | tmiem il-ġimgħa li għaddiet ingħata bidu b’suċċess għal studju ta’ riċerka mid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza ta’ l-isptar San Luqa. |
| Dan | l-istudju jirrigwardja l-użu tal-mediċina magħrufa bħala tenecteplase – mediċina li meta tiġi amministrata sa mhux aktar tard minn 3 sighat li jibda l-uġiegħ ta’ attakk tal-qalb, tiftaħ l-imblokk fl-arterji tal-qalb. |
| Biex | tintuża din il-mediċina ikun hemm il-ħtieġa li jiġu attrezzati l-ambulanzi kif ukoll il-preżenza ta’ tabib b’ħiliet meħtieġa sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet urġenti dwar jekk għandiex fil-fatt tingħata din il-mediċina. Dan minħabba numru sostanzjali ta’ kundizzjonijiet fejn mediċina bħal din ma tkunx tista’ tingħata minħabba: pressjoni għolja, storja ta’ puplesija jew riħ ta’ puplesija, fil-kaz ta’ persuni ’l fuq minn 75 sena, persuni li jieħdu pilloli sabiex iraqqu id-demm, fuq persuni fejn l-uġiegħ ikun beda aktar minn tliet sigħat qabel, kif ukoll numru ieħor ta’ kundizzjonijiet tal-qalb. |
| Għaldaqstant | hemm ħafna kunsiderazzjonijiet mediċi qabel tiġi mogħtija din l-injezzjoni. |
| Ta’ | min jgħid li l-prezz ta’ din l-injezzjoni huwa ta’ Lm500. L-injezzjonijiet li qed jintużaw bħalissa biex isir l-istudju ġew ipprovduti mingħajr ħlas mill-kumpanija. |
| Din | l-injezzjoni ġiet użata għall-ewwel darba l-gimgha li ghaddiet. L-injezzjoni ġiet amministrata 34 minuta minn wara li dahlet it-telefonata fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza. L-effett kien wieħed immedjat, għaliex kif kien mistenni, is-sinjali koroħ ta’ l-attakk tal-qalb li dehru fl-ECG li sar qabel l-injezzjoni, sparixxew fi żmien sagħtejn. Sussegwentement il-pazjent sarlu ‘angiogram’ u ‘angioplasty’, u wara ntbaghat id-dar. |
| Din | il-kura ġdida tqassar drastikament it-tul tal-kura fil-każijiet ta’ attakk tal-qalb. Wieħed irid jirrifletti fuq l-ispiża li din il-kura ta’ kwalità għolja tenħtieġ. Minbarra l-injezzjoni wieħed irid ikollu ambulanzi b’tobba u paramediċi mħarrġa li jkunu għal-lest 24 siegħa kuljum. |
| Studju | dettaljat mill-Health Technology Assessment Programme tal-NHS ta’ l-Ingilterra kkonkluda li sabiex din il-mediċina u dan is-servizz jingħata kif suppost, ikun jinħtieġ budget doppju ta’ dak li jintefaq preżentement fuq il-kardjoloġija akuta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en