Left arrow Mur Lura

Punti mid-diskors ta' l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, waqt Seminar organizzat mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’kollaborazzjoni ma’ LACORS

pr1263
Date Icon 24/10/2003
Is-Suqtal-konsumatur qiegħed dejjem jikber u għalhekk il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ kemm mal-konsumaturi kif ukoll ma’ imprendituri biex isaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur.
Illum,bil-mod ta’ kif qed tkun imħaddma l-market economy, l-konsumatur huwa l-priorita’.  Is-sistema kummerċjali hija kollha kemm hi regolata b’mod li taqdi lill-konsumatur, u l-liġi li tirregola d-dmirijiet ta’ min qiegħed fin-negozju hija l-liġi li tirregola x’inhuma d-drittijiet tal-konsumatur.  Fiha nnifisha, l-liġi li tirregola d-drittijiet tal-konsumatur tirregola wkoll l-attivita’ kummerċjali.  Dan kollu huwa riżultat tal-fatt li l-ekonomija tas-suq hija msejjsa fuq il-prinċipju li kull min qiegħed fin-negozju jrid ikun kapaċi jissuplixxi l-aħjar prodott bl-aħjar prezz u servizz lill-konsumatur.
F’pajjiżnawkoll għandna ġabra ta’ liġijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-konsumatur.  Huma liġijiet li qegħdin ikunu mħarsa mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.  Illum l-uffiċjali f’din id-diviżjoni qegħdin joffru leadership f’dan il-qasam u huma fost l-iżjed kelliema mportanti għall-jeddijiet tal-konsumatur, fejn b’sodisfazzjoni ngħid li qegħdin kontinwament ikunu mħejjija biex jaqdu dmirhom bl-aħjar mod possibbli.
Tajjebli hawn ukoll nagħmel riflessjoni li l-interessi tal-konsumatur huma l-istess interessi ta’ min qiegħed fin-negozju.  L-interessi ta’ min qiegħed fin-negozju m’humiex interessi konflinġenti għall-interessi tal-konsumatur.  Anzi ippermettuli ngħid li t-tnejn isibu l-milja tagħhom f’xulxin.  Dan qed ngħidu, għaliex irrid li nneħħi kull idea li jista’ jkun hawn, li jgħid li l-interessi tal-konsumaturi huma nteressi kuntrarji għall-interessi ta’ min qiegħed fin-negozju.
Jienperswaz li sar ħafna xogħol li huwa tajjeb mid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, iżda ma nistgħux inkomplu niżviluppaw din il-ħidma jekk kemm-il darba jkollna min qed jaħdem f’dan il-qasam u jibqa’ jaħseb li nistgħu biss naslu li nsaħħu d-drittijiet tal-konsumatur billi nġelldu l-konsumatur ma’ tal-ħanut.
Rigwardil-ħidma tad-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta, nixtieq li hawn nirreferi għal eżerċizzju ta’ koperazzjoni li qed ikun hemm bejn din id-Diviżjoni, d-Diviżjoni għall-Kummerċ, l-MSA u l-Market Surveillance.
Dinil-ħidma qed issir għaliex illum irridu naraw li bħala Gvern inkomlu ntejjbu l-istrutturi li permezz tagħhom qed ngħinu lis-settur imprenditorjali.  Dan jgħinna naslu għal iżjed ekonomija sostenibbli u għal aktar ħolqien ta’ mpjiegi.  Bħal ma qegħdin jagħmlu Gvernijiet li diġa’ huma msieħba fl-Unjoni Ewropea, rridu naraw li f’pajjiżna ntejjbu s-servizz li qegħdin noffru lil dak li qed ikun magħruf bħala s-Suq Intern.
Biexinkunu nistgħu insostnu is-suq Intern, jeħtieġ li jkollna strutturi li kapaċi jisimgħu, jifhmu u jgħinu lil min qiegħed fin-negozju.  In-negozju mhux magħmul biss mill-imprenditur, iżda magħmul ukoll mill-konsumatur.  Għaldaqstant meta qed nieħdu ħsieb intejjbu s-servizz tagħna lejn is-suq intern, irridu naraw li ntejjbu s-servizz tagħna kemm lejn l-imprenditur kif ukoll lejn il-konsumatur.  L-interess tas-suq huwa għaldaqstant l-interess ta’ kull Dipartiment u dan ifisser ta’ kull uffiċċjal.  Illum kull min qed jaħdem f’dawn id-diviżjonijiet, qed isir jaf aħjar lil sħabu f’entitajiet oħra li flimkien jagħmlu din l-istruttura ta’ għajnuna akbar għas-suq intern.
Biexdin il-koperazzjoni tintlaħaq u sa l-aħħar ta’ Novembru nkunu nistgħu ngħidu li għandna l-istrutturi kollha ta’ konsultazzjoni jiffunzjonaw, qed issir ħidma biex ikollna diskussjoni kontinwa bejn dawk l-uffiċċjali, li ser ikunu qed jirrapreżentaw id-Dipartiment tagħhom f’laqgħat barra minn Malta, flimkien ma’ diskussjonijiet bejn dawk li jkunu qed jirrappreżentaw id-Dipartiment tagħhom fuq xi kumitat lokali.
Serikunu qed isiru laqgħat oħra, bejn uffiċjali għolja ta’ dawn l-entitajiet li wkoll ser ikunu qed jiltaqgħu flimkien biex kull uffiċjal ikun mgħarraf bil-ħidma u l-objettivi ta’ xulxin.  Hekk ukoll jiena ser inkun qed inżomm kuntatt dirett u mill-qrib ma’ kull entita’ sabiex flimkien niżviluppaw u nimplimentaw strateġija li kull entita’ tagħmel ħilitha li:

·     Taħdem biex tara kif ser ittejjeb il-kundizzjonijiet li fihom jaħdem l-imprenditur. 

·     Tkun simplifikata l-burokrazija.  

·     Tkun provduta iżjed informazzjoni dwar d-dmirjiet ta’ min qiegħed fin-negozju u tal-konsumatur. 

Permezzta’ din il-ħidma li kull entita’ ser tagħmel f’koperazzjoni sħiħa bejniethom, jien persważ li ser inkunu qegħdin ngħinu biex intejjbu l-kundizzjonijiet ta’ min qed jinvesti fis-suq tagħna, kif ukoll is-servizz li bih qed jinqeda’ l-konsumatur.
Il-pjanta’ ħidma qiegħed f’dan il-waqt ikun imfassal u l-ħidma fuq l-implimentazzjoni tiegħu issir minnufih.  Qegħdin naraw ukoll li meta qed issir din il-ħidma ser ikun qed jiġi ffaċilitat ukoll l-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar.
Mad-Diviżjonigħall-Konsumatur, diġa’ qed naħdem biex tkun żviluppata ħidma li tmur lil hinn minn dak li jitolbu l-leġiżlazzjonijiet li din l-entita’ hija obbligata li tħares. Permezz ta’ din il-ħidma, din id-diviżjoni ser tasal biex tiżviluppa aktar il-leadership tagħha fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur u l- kompetizzjoni ġusta.  L-objettivi ta’ din il-ħidma jkunu:

1.   Edukazzjoni favur kultura li tagħraf il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur li għandha ssir fl-iskejjel, mezzi ta’ komunikazzjoni u mas-settur imprenditorjali.    

2.   Analiżi kontinwa ta’ l-effettivita’ ta’ liġijiet li jħarsu l-liġijiet tal-konsumatur u r-regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni ġusta. 

3.   Ħidma biex jitkattar l-interess lejn it-twaqqif ta’ iżjed għaqdiet tal-konsumaturi. 

4.   Tkun analizzata kontinwament il-ħidma tad-Dipartimenti li huma parti mid-Diviżjoni tal-Kummerċ, l-MSA, u l-istess Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta sabiex tkun imkejjla l-effiċjenza li biha qed jinqdew dawk li jirrikorru għal dak is-servizz. 

5.   Ikunu analizzati kontinwament il-prezzijiet ta’ l-iżjed servizzi u prodotti essenzjali tal-ħajja fejn jinħarġu rapporti ta’ kif dawn qegħdin jogħlew. 

6.   Ikun analizzat l-effett soċjali li l-konsumiżmu jista’ jħalli fuq is-soċjeta’ Maltija u Għawdxija. 

7.   Tkun analizzata d-diversifikazzjoni fl-infieq u t-trends tal-konsumaturi. 

8.   Tkun analizzata l-effiċjenza fis-servizz li Awtoritajiet u Dipartimenti joffru lill-klijenti tagħhom. 

Skondil-Household Budgetary Survey 2001, id-dħul disponibbli totali (disposable income jew dħul li jista’ jintefaq) tal-familji Maltin, jiġifieri d-dħul minn kull sors jlaħħaq madwar Lm1,050 miljuni jew inkella medja ta’ Lm8,202 għal kull familja.  Skond dan l-istharrig, id-daqs medju tal-familja Maltija huwa ta’ 3 persuni.
Jekktifrex id-dħul disponibbli totali fuq il-popolazzjoni, issib illi kull persuna għandha medja ta’ dħul disponibbli ta’ madwar Lm2,722.
Iċ-ċifrimogħtija fil-paragrafi ta’ hawn fuq jagħtu ndikazzjoni tad-daqs tas-suq Malti.  Jiġifieri, jekk il-Maltin jonfqu kull ma jibqagħlhom wara t-taxxi, l-potenzjal tas-suq Malti fis-sena 2000 kien ta’ madwar Lm1,050 miljuni.  Iżda apparti din iċ-ċifra, sabiex wiehed ikejjel b’mod komplet is-suq tal-konsum Malti, irid jiżdied ukoll l-infiq tal-Gvern, tal-intraprizi u tal-barranin fuq oġġetti tal-konsum f’Malta.
Kifqed taraw din il-ħidma llum saret ħidma vasta iżda nteressanti.  Ħidma li nawgura li tkun kapaċi toħloq aktar diskussjoni rejalistika fis-suq.  Mhux diskussjoni ta’ parti kontra oħra, iżda ta’ parti flimkien mal-parti l-oħra.  Għalhekk hawn qegħdin ukoll naħdmu biex naraw aktar imprendituri li jkunu membri ta’ għaqdiet ta’ negozji kif ukoll irridu naħdmu biex naraw kif ikollna konsumaturi li huma parti minn għaqdiet tal-konsumaturi.
Jienasodisfatt li qed nikkordina din il-ħidma.  Sodisfatt ħafna li qed naħdem ma’ uffiċjali li jagħmlu parti minn dawn id-deċiżjonijiet u entitajiet, u għalhekk jiena fiduċjuż li flimkien ser inkunu kapaċi nkomplu ntejjbu s-servizzi lis-suq tagħna.  Hekk f’pajjiżna jkollna suq li kapaċi jilqa’ u jissodisfa t-talba tal-konsumaturi tagħna, filwaqt li joħloq opportunitajiet ta’ kummerċ sostenibbli għal dawk li nvestew f’dan is-suq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow