Il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli se terġa’ tinħatar
pr1260
24/10/2003
| Il-Kummissjoni | Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli se terġa’ tinħatar ix-xahar id-dieħel wara li t-terminu tagħha skada aktar kmieni din is-sena. |
| Il-membri | tal-Kummissjoni, li se jinħatru fil-jiem li ġejjin, se jintbagħtilhom abbozz ta’ l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli. Id-diskussjoni dwar din l-Istrateġija u l-konsultazzjoni pubblika dwarha, se jkun xogħol importanti tal-Kummissjoni fix-xhur li ġejjin. L-abbozz ta’ l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli tħejja minn ‘task force’ appuntata mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli s-sena l-oħra. |
| Dan | tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ta dettalji dwar it-twaqqif tal-Malta National Biodiversity Platform. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li t-twaqqif tal-Malta National Biodiversity Platform, se jwassal biex tiżdied id-diskussjoni bejn entitajiet nazzjonali differenti li huma nvoluti direttament jew indirettament fil-biodiversità, biex b’hekk dawk l-affarijiet l-aktar importanti jingħataw kunsiderazzjoni akbar. |
| Hu | qal li dan hu proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u jifforma parti minn strateġija akbar imsejjħa European Platform for Biodiversity Research, li fiha qed jieħdu sehem 28 pajjiż Ewropew. Ir-riċerka għandha twassal biex il-ħela tal-biodiversità tkun kontrollata sas-sena 2010. Il-Ministru Pullicino qal li aktar ma nsiru nafu dwar il-valur tal-biodiversità lokali, aktar hu possibbli li jiddaħħlu miżuri ta’ konservazzjoni akbar. |
| Il-proġett | f’Malta se jiffoka fost l-oħrajn, fuq edukazzjoni akbar, riċerka, tagħrif lill-pubbliku, l-attivitajiet ta’ biedja u s-sajd, is-settur turistiku u attivitajiet kummerċjali li jagħmlu użu dirett jew indirett tar-riżorsi naturali tal-pajjiż. Għal dan il-għan rappreżentanti minn għadd ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet kemm governattivi kif ukoll oħrajn, se jaħdmu mill-qrib mal-Conservation Research Group ta’ l-Università ta’ Malta. |
| George | Pullicino qal li l-Att dwar il-Ħarsien ta’ l-Ambjent wassal biex Malta żiedet is-sehem tagħha fil-ħarsien ta’ l-ambjent kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Wieħed mill-modi kif dan qed iseħħ hu billi l-pajjiż qed jaddotta u jimplimenta konvenzjonijiet u leġislazzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent li għandhom ikabbru l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-biodiversità u l-ħarsien tal-habitat. Dawn jinkludu s-CITES (Convention on the International Trade of Endangered Species), il-konvenzjonijiet ta’ Bern u ta’ Bonn, u l-Protokoll għal żoni bi protezzjoni speċjali u l-Biodiversità fil-Mediterran. |
| Hu | qal li l-liġijiet Maltin dwar l-ambjent wasslu biex sar progress sostanzjali fil-protezzjoni tal-flora u l-fauna f’Malta, madanakollu għad baqa’ xi jsir fl-implimentazzjoni tagħhom. Dan iwassal biex l-istrutturi legali li jitwaqqfu għall-ħarsien tal-biodiversità ikunu ineffettivi jew insuffiċjenti. |
| Għalhekk | hu importanti li tiżdied l-edukazzjoni fost il-poplu, li jaqsam l-ambjent li fih jgħix, mal-kumplament tal-biodiversità, biex tinħoloq kuxjenza akbar fuq il-biodiversità lokali u l-importanza tagħha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Dan ikompli jikkonferma l-importanza li jiżdiedu u jiġu mgħejjuna proġetti ta’ riċerka u monitoraġġ dwar il-biodiversità biex b’hekk tkun tista’ tinġabar l-aktar informazzjoni xjentifika eżatta u riċenti. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li din l-informazzjoni tista’ tintuża wkoll biex ikunu studjati r-regolamenti li jeżistu llum u fejn jinstab li dawn m’humiex skond il-ħtiġijiet tal-lum, l-istess informazzjoni miksuba twassal biex isiru r-rakkomandazzjonijiet għal titjib. |
| Il-Malta | National Biodiversity Platform se jkun ko-ordinat minn Dr Adriana Vella mid-Dipartiment tal-Bioloġija ta’ l-Università ta’ Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en