DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, WAQT IKLA GĦAD UNUR L-E.T. DOTTOR SHOKRY GHANIM, SEGRETARJU TAL-KUMITAT ĠENERALI TAL-POPLU TAL-ĠEMAĦIRIJA L-KBIRA GĦARBIJA LIBJANA POPOLARI U SOĊJALISTA – BERGA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA
pr1258
23/10/2003
| Segretarju | tal-Kumitat Ġenerali tal-Ġemaħirija Libjana, Eċċellenzi, Sinjuri, |
| Ir-relazzjonijiet | ta’ Malta mal-Libja għandhom għeruq fondi li jmorru lura ħafna snin. Il-Gvernijiet Maltin minn dejjem irrikonoxxew dan il-fatt, tant hu hekk, li waħda mill-ewwel ambaxxati li Malta fetħet ftit xhur biss wara l-indipendenza tagħha kienet dik fi Tripli fl-1965. Minn dak iż-żmien ’il hawn, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi baqgħu jissaħħu fl-oqsma kollha. |
| Għal | Malta, il-Libja huwa pajjiż ġar u ħabib li miegħu aħna naqsmu bosta fatturi, fosthom mhux biss il-ġografija, iżda wkoll l-għeruq ta’ l-ilsien tagħna, il-Malti, li llum huwa rikonoxxut bħala lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u b’hekk, huwa l-ewwel ilsien semitiku li bih tista’ tikkomunika l-Unjoni. |
| Sur | Segretarju, |
| Kif | jaf kulħadd, Malta tinsab fuq l-għatba ta’ l-Unjoni Ewropea bħala riżultat tal-politika tal-Gvern tiegħi mseddqa permezz ta’ deċiżjoni sovrana tal-poplu Malti. Dan huwa għal ġid ta’ Malta, u huwa pass inevitabbli dettat mill-istorja, il-pożizzjoni ġeo-politika tagħna u r-realtajiet ekonomiċi prevalenti. Aħna nħarsu lejn is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea bħala mezz biex tgħin it-twassil fl-Unjoni Ewropea ta’ l-aspirazzjonijiet tal-poplu ta’ dan il-baħar. Is-sħubija tagħna, għalhekk, hija għajn ta’ għaqda, u ftehim akbar bejn il-popli u l-kulturi tal-Mediterran. |
| Bħalma | dejjem għamlet, Malta għandha fehma sħiħa u qawwija li tkompli l-missjoni tagħha li tikkontribwixxi għall-paċi u l-prosperità, permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħha fil-fora reġjonali u internazzjonali kollha. Huwa permezz ta’ l-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku fl-artijiet littorali kollha li tista’ tikber u tissaħħaħ l-istabbilità fil-baħar tagħna u lil hinn minnu. Jiena ċert li Malta u l-Libja għandhom kull interess li jaraw li dan iseħħ u li jaħdmu flimkien ħalli jikkontribwixxu għal dan il-għan. |
| Sur | Segretarju, |
| L-importanza | tal-Libja għal Malta hija wkoll waħda ekonomika. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jara kif dan l-aħħar infetħet fi Tripli lukanda lussuża permezz ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital Malti u Libjan. Dan, fil-fehma tagħna, jawgura tajjeb għall-ġejjieni. Nixtiequ li l-kooperazzjoni Maltija-Libjana tkompli tiżviluppa aktar f’din id-direzzjoni, sabiex jiżdied l-investiment fiż-żewġ pajjiżi. B’hekk titkattar l-attività ekonomika u jinħolqu postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tagħna. |
| F’dan | il-kuntest hemm qasam ekonomiku ieħor fejn hemm lok għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi; it-turiżmu. L-industrija turistika f’Malta issa ilha miexja u tiżviluppa għal dawn l-aħħar erbgħin sena, u huwa magħruf li l-Libja wkoll għandha l-ħsieb li toffri t-teżori tagħha kulturali, arkeoloġiċi, storiċi u naturali sabiex jiġu apprezzati mit-turisti li jitħajru jżuru din l-art. Wieħed, għalhekk, jistenna li fil-futur iż-żewġ pajjiżi jaħdmu flimkien f’dan il-qasam ukoll għall-ġid tat-tnejn. Minflok ikunu kompetituri diretti ta’ xulxin iż-żewġ pajjiżi jistgħu ’l quddiem jesploraw toroq ta’ komplimentarjetà. |
| Bħala | pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea, Malta tinsab f’pożizzjoni aħjar minn qatt qabel sabiex tbiegħ il-prodotti tagħha fis-swieq tal-pajjiżi Ewropej, u b’hekk toffri opportunitajiet ġodda ta’ investiment barrani u lokali. Il-kooperazzjoni Maltija-Libjana tista’ għaldaqstant issib art aktar għammiela fejn Malta tkun ta’ mogħdija lejn l-Ewropa għal prodotti manifatturati jew servizzi żviluppati bħala riżultat ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa għalhekk li l-Gvern tiegħi jinsab fiduċjuż li l-investituri taż-żewġ pajjiżi japprezzaw dejjem iżjed dawn l-opportunitajiet ġodda, u jagħmlu li jistgħu sabiex dawn jagħtu l-frott mixtieq. |
| Jiena | ċert, Sur Segretarju, li x-xogħol li sar kemm fil-Kummissjoni Konġunta kif ukoll fil-laqgħat li kellna bejnietna, se jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni u r-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi u jħalli riżultati mill-aqwa. |
| Sinjuri | Ministri, Eċċellenzi, Sinjuri, |
| Nistedinkom | tqumu u tgħollu t-tazzi sabiex nixorbu bis-saħħa tal-ħbiberija bejn Malta u l-Libja u ta’ l-Eċċellenza tiegħu Dottor Shokry Ghanim. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en