Stqarrija mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni b’risposta lill-Onor. Carmelo Abela dwar il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta’ Ghada
pr1256
23/10/2003
| Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), uriet bil-fatti li hi | organizzazzjoni effettiva biex tassigura skejjel tal-Gvern ta' kwalita’, kif ukoll li hi aġenzija pubblika li bil-fatti twettaq il-prinċipji ta' kontabilita` u trasparenza. |
| Ir-rekord tal-FTS hu li qatt ma sar xogħol fl-iskejjel | tal-Gvern daqs f'dawn is-sentejn. Il-fatti juru wkoll li fejn ħasset li hemm nuqqasijiet, il-FTS refgħet ir-responsabbilita` u ħadet il-passi meħtieġa. |
| Dan kollu sostnih il-Ministru ta' l-Edukazzjoni bi | tweġiba għall-Konferenza Stampa li ta llum stess, il-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Onor. Carmelo Abela. |
| Il-fatti juru wkoll li t-tagħrif kollu dettaljat li | ntalab dwar l-FTS fil-Parlament, ingħata u sar pubbliku. |
| Filwaqt li l-Oppozizzjoni taqdi dmirha meta tagħmel | il-kritika, tkun qed tonqos meta ma tkunx oġġettiva u tipprova ddawwar l-istorja għal skopijiet partiġjani. |
| Il-Ministru Galea qal ukoll li hu jieħu gost ħafna | li fil-mument opportun, il-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi jiddiskuti fid-dettal l-operat, il-ħidma u l-valur ta' l-FTS; u b'hekk, sew il-Parlament kif ukoll il-poplu jkollhom cans jiġġudikaw aħjar, b'mod informat u ġust. |
| Il-Ministru Galea qal li l-kontabilita` tfisser li | kulħadd irid jerfa` r-responsabbilta` skond id-dmirijiet li jkollu. |
| Il-Ministru fisser li f'dan il-każ, id-dmir tiegħu | hu li jmexxi ‘l quddiem il-politika tal-Gvern biex l-iskejjel pubbliċi ikunu skejjel ta' kwalita`; li jinsisti li dan isir b'infiq effettiv fil-limiti ta’ l-investiment li jiddeċiedi l-Gvern, u b'osservanza tal-proċeduri u r-regolamenti tan-nefqa pubblika; u li fi spirtu ta' trasparenza jassigura li jwieġeb bit-tagħrif meħtieġ lill-Parlament u lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti. Il-Ministru Louis Galea ta dan it-tagħrif anke meta kellu parir li seta` ma kienx fl-aħjar interess pubbliku minħabba in-natura kummerċjali ta' ħafna mit-transazzjonijiet tal-FTS. Il-Ministru Galea jemmen li, kif jixhdu l-fatti, hu qed iwettaq dmiru u qatt ma naqas li jieħu l-passi meħtieġa skond ir-responsabbilitajiet tiegħu. |
| Id-dmir ta' l-FTS, bħala aġenzija tal-Gvern, | permezz tal-Bord hu li twettaq il-politika tal-Gvern skond il-policies u r-regolamenti. Ir-responsabbilita` għas-sorveljanza tat-tmexxija ta' kuljum taqa` fuq il-Bord. Il-fatti juru wkoll li l-Bord qed jaqdi dmiru billi qed iwettaq programm kbir ta' xogħol fl-iskejjel u fejn irriżultawlu nuqqasijiet, ħa l-passi li seta` jieħu. |
| L-Oppozizzjoni Laburista taf li sew il-Ministeru, kif | ukoll il-Bord, ħadu b'serjeta` l-kritika li l-Oppozizzjoni għamlet f'Settembru 2002. Tant li f'Ottubru 2002, fuq direzzjoni tal-Ministeru, il-Bord ta struzzjonijiet ċari biex ifakkar lill-uffiċjali u l-impjegati tal-FTS, fl-osservanza tal-proċeduri li jirregolaw in-nefqa pubblika. Fl-istess ħin il-Bord assigura trasparenza u kooperazzjoni sħiħa ma' l-uffiċjali ta' l-Awditur Nazzjonali fil-verifika li qed jagħmel, wara l-kritika ta' l-Oppozizzjoni. Il-Bord ta każ ukoll tad-direzzjoni li ta l-Ministru tal-Finanzi, li nsista fuq osservanza sħiħa tar-regolamenti finanzjarji. |
| Il-Bord inniffsu kien pro-attiv u aktar kmieni din | is-sena għamel il-verifiki meħtieġa. Meta l-Bord ħass li ma setgħax ikun kompletament sodisfatt bil-livell ta' ‘management’ u kontroll fuq it-tmexxija u l-operat tal-FTS, refa` ir-responsabbilita` u, fil-jiem li għaddew, ħa l-passi kollha li deherlu opportuni fir-rigward tal-Kap Eżekuttiv u ta' uffiċċjali pubbliċi oħra. Hija akkuza nġusta li tgħid li l-FTS "kompliet bl-irregolaritajiet" meta l-Bord ħa ħsieb isegwi, jivverifika u jieħu l-passi kontra min kien responsabbli, biex dawn ma jsirux. Il-Ministru Galea qal li hu jaqbel ma' l-Onor. Abela li "jekk ir-regolamenti huma outdated (skaduti) dawn iridu jinbidlu; imma sakemm qiegħdin hemm iridu jiġu segwiti". |
| Louis Galea jifhem li kien ikun hemm nuqqas ta' | kontabilita` kieku l-Bord naqas milli jieħu l-passi meħtieġa jew kieku l-Ministru ndaħal b'xi mod, li seta` jfixkel il-Bord fil-qadi ta' dmirijietu. Fil-fatt ġara bil-kontra u r-responsabbiltajiet qed jintrefgħu kif suppost. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en