Left arrow Go Back

Imfakkar Jum Dinji ta’ l-Ikel f’Ghawdex

pr1255
Date Icon 23/10/2003
L-avveniment annwali Jum Dinji ta’ l-Ikel gie mfakkar dalghodu waqtattività fl-Iskola Primarja tan-Nadur, Ghawdex, li ghaliha attendiet ukoll il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono.
Il-qofol ta’ l-attività ntlahqet bil-preżentazzjonita’ prodotti ta’ l-ikel li ngabru mit-tfal ta’ l-iskejjel primarji differenti u li nghatat lill-ghaqda SOS Albanija kif ukoll ghotja finanzjarja lill-istess ghaqda sabiex tkun tista’ tibghat dawn il-prodotti fil-pajjiż li fih twettaq xoghol volontarju. Inghataw ukoll ghoxrin sigra ta’ frott lil organizzazzjonijiet Ghawdxin involuti fil-qasam ta’ xoghol volontarju ma’ persuni b’diffikultajiet socjali. Kif isir kull sena, inghata rikonoxximent lil bidwi li jkun hadem fil-qasam ta’ l-agrikoltura. Din is-sena kien imiss lil Martin Camilleri, min-Nadur, li huwa wkoll il-President tal-Koperattiva Gozitano.
Waqt diskors ta’ l-okkażjoni l-Ministru ghalGhawdex tenniet l-importanza ta’ dan il-jum fil-kuntest internazzjonali. Madwar id-dinja, huma iktar minn 840 miljun ruh li qed ibaghtu l-guh – madwar 800 miljun minnhom jinsabu f’pajjiżi mhux żviluppati. B’konsegwenza ta’ hekk, huma hafna t-tfal li qed imutu qabel ma jkollhom cans li jikbru. Hafna adulti ma jistghux jisfruttaw il-potenzjali taghhom ghax bla sahha. Hafna pajjiżi ma jistghux jimxu ’l quddiem ghax il-poplu huwa batut.
Il-Ministru Debono qalet li fil-gurnata ta’ llum,fejn il-produzzjoni ta’ l-ikel hija l-ikbar wahda li qatt kienet fl-istorja tad-dinja u fejn it-teknologija specjalment fir-rigward ta’ l-agrikoltura tant tjiebet, huwa nkocepibbli kif daqstant nies m’ghandhomx x’jieklu. Il-Ministru sahqet li, fil-kuncett tal-globalizzazzjoni, jehtieg li l-pajjiżi jimxu ‘l quddiem flimkien, inaqqsu l-povertà u jiggarantixxu wiehed mid-drittijiet fundamentali tal-bnedmin – li jieklu.
Il-Ministru Debono rreferiet ghall-kampanji ta’gbir ta’ fondi, ikel u materjal iehor li jsiru f’Ghawdex minn żmien ghal żmien b’riżq missjonijiet f’pajjiżi inqas żviluppati, fosthom l-Albanija, il-Perù, il-Gwatemala, il-Brażil u ohrajn.
Fuq nota pożittiva hija rrimarkat il-generożità lijuri l-poplu Malti u Ghawdxi lejn min hu inqas fortunat iżda fl-istess hin sahqet sabiex f’pajjiżna stess, nitghallmu nibżghu ghall-ambjent rurali ta’ madwarna u nharsuh. Il-Ministru ghal Ghawdex tenniet l-importanza li nżommu l-kampanja taghna nadifa u mhux mittiefsa, ghall-gid tal-qasam agrikolu u dak ambjentali b’mod generali, u allura ghall-gid tal-kwalità tal-hajja f’pajjiżna u l-madwar.
Il-Jum Dinji ta’ l-Ikel jigi mfakkar kull sena minnmadwar 150 pajjiż. L-ghan huwa sabiex flimkien inwettqu xi haga li teqred il-guh. L-ewwel Jum Dinji ta’ l-Ikel sar fl-1981.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow