Left arrow Go Back

IL-GVERN IMPENJAT LI JISMA’ LIL KULL MIN QIEGHED FIN-NEGOZJU - SENSIELA TA’ LAQGHAT GHAS-‘SELF EMPLOYED’ U SIDIEN TA’ NEGOZJI ZGHAR

pr1252
Date Icon 23/10/2003

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-qasam tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tejjeb l-attività ekonomika tiegħu meta paragunat mas-sena li għaddiet. Dan is-settur huwa dominat min-negozji ż-żgħar. Fil-fatt madwar 83% tal-ħaddiema Maltin jaqilgħu l-għejxien tagħhom min-negozji ż-żgħar f’dan il-qasam. Il-qliegħ tal-ħaddiema f’dan il-qasam żdied b’aktar minn miljun lira, filwaqt li l-qliegħ ta’ l-ażjendi f’dan is-settur b’mod generali tjieb b’madwar 2 miljun lira. Iżda minkejja li qegħdin naraw il-bejgħ li qed jiżdied fuq livell individwali tan-negozju, mhux bilfors ikollna żjieda fil-profitti ta’ min qiegħed jinnegozja.

Din l-istatistika kienet diskussa llum mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo f’laqgħa mas-self employed u sidien ta’ negozji żgħar fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, fejn saħaq ukoll kif il-Gvern Malti bħal dawk il-Gvernijiet li ser ikunu membri ta’ l-Unjoni Ewropea, huma obbligati li jimplimentaw ‘Iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar’. L-implimentazzjoni ta’ dan iċ-Charter għandha tgħin biex kull negozju żgħir ikollu kundizzjonijiet aħjar fejn jaħdem u joħloq opportunitajiet ġodda tax-xogħol.

“L-implimentazzjoni ta’ dan iċ-Charter titlob lill-Gvern biex jara li jkollu programm ta’ konsultazzjoni mas-self-employed u negozji żgħar; bl-iskop li dawn in-negozji jkollhom l-opportunità li joffru l-veduti u s-suggerimenti tagħhom. Imbaghad il-Gvern ikun jista’ jattwa kemm jista’, minn dawn il-proposti u s-suggerimenti taghhom."

Huwa tkellem ukoll dwar il-programm ta’ konsultazzjoni tal-Gvern ma’ sidien tan-negozji żgħar, għaqdiet tan-negozji u l-mod ta’ kif il-Gvern irid jasal biex isolvi ċerti sitwazzjonijiet li setturi differenti jkunu qegħdin jiffaċċjaw.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar kif il-Gvern kien waqqaf is-Small Business Unit (S.B.U.) biex jikkordina l-konsultazzjoni ma’ self-employed u sidien ta’ negozji, li fl-2002 kien ġie f’kuntatt ma’ madwar 3,300 persuna, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Settembru 2003, kienu digà rrikorrew għand dan l-uffiċċju mal-3,500 persuna.

Hu qal lis-self-employed preżenti ghal din il-laqgħa: “Nixtieq nismagħkom, ħalli nkun nista’ nwettaq dmiri li nkompli ngħinkom. Għalhekk għall-gimghat li gejjin, jiena ser ikolli diversi laqghat ta’ konsultazzjoni ma’ setturi differenti ta’ self-employed, permezz ta’ dawn il-laqgħat:

  • Nhar ta’ Erbgħa mas-self-employed u s-sidien tan-negozji żgħar fil-Kunsilli Lokali, fejn għal dawn il-laqgħat qed ikunu mistiedna s-sindku jew il-kunsillier responsabbli mis-settur kummerċjali fil-komunità.
  • Laqgħat ma’ għaqdiet tan-negozji li jirrapreżentaw diversi assoċjazzjonijiet u koperattivi.
  • Kull nhar ta’ Ġimgħa żjarat fin-negozji fil-lokalitajiet.
  • Żjarat f’industriji żgħar f’żoni ndustrjali.
  • Laqgħat ma’ imprendituri u ndustrijalisti b’mod individwali fl-uffiċċju tiegħi.
  • Laqgħat mal-Kunsill Konsultattiv li huwa magħmul mill-GRTU, FOI, u l-Kamra tal-Kummeċ.
  • Laqgħat ma’ diversi kapijiet ta’ awtoritajiet, biex niddiskutu magħhom l-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar.

Kif qed taraw dan huwa programm ta’ konsultazzjoni wiesgha, maħsub li jagħmel lill-Gvern disponibbli biex jitkellem ma’ kull min għandu proposti jew ilmenti x’jagħmel. Minn dawn il-laqgħat, tingħata informazzjoni li tiswa’ tajjeb biex il-Gvern ikun jista’ janalizza aħjar is-sitwazzjoni tas-suq."

Is-Segretarju Parlamentari kompla jispjega kif f’dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni ser tingħata wkoll informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur u tkun diskussa ma’ dawk kollha konċernati, kif jista’ jitjieb is-servizz lejn il-konsumatur."

Dawn il-laqgħat ser ikunu organizzati mis-Small Business & Crafts Directorate fid-Diviżjoni tal-Kummerċ; u huwa parti mill-eżerċizzju ta’ implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow