Kjarifika biex tikkoregi l-interpretazzjoni Żbaljata ta’ ċerti figuri li joħorġu mill-“Labour Force Survey – Principle Results 2002” - Stħarriġ ta’ l-Eurostat
| Kien | rappurtat f’diversi mezzi tax-xandir, li anqas minn 10% tal-popolazzjoni għandhom edukazzjoni sekondarja. |
| Din | l-istatistika saret referenza ghaliha wkoll mill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici l-Onor. John Dalli, mill-Onor. Evarist Bartolo u mill-Onor. Carmelo Abela. |
| Fil-fatt | il-Labour Force Survey tal-Eurostat turi li f’pajjiżna 81.6% għandhom minn ta’ l-anqas edukazzjoni sekondarja. L-istess stħarriġ juri li 9.5% tal-popolazzjoni għandhom edukazzjoni post-sekondarja u 8.8% waslu sal-livell terzjarju. |
| L-iżball | li qed isir hu li l-figura ta’ 9.5% qed tiġi attribwita għal dawk li għandhom livell sekondarju minflok livell post-sekondarju. Dan l-iżball hu probabbilment dovut għall-mod kif huma ppreżentati l-figuri mill-Eurostat, li trid tipprovdi statistika għal diversi pajjiżi b’diversi sistemi ta’ edukazzjoni. L-Eurostat taqsam is-setturi fi tlieta: |
· Lower Secondary Level, (Primarja u Sekondarja)
· Upper Secondary Level, (dak li hawn Malta jissejjaħ il-livell post-sekondarju u jinkludi l-Junior College, l-MCAST u oħrajn) u
· Third Level (li jinkludi l-livell terzjarju – Universita’).
Dawn il-livelli jiġu mqassmin skond sistema internazzjonali li tpoġġi d-diversi livelli ta’ l-edukazzjoni fi skala rikonoxxuta mill-pajjiżi kollha, inkluża Malta. L-International Standard Classification of Education – ISCED tinqasam f’seba’ livelli mill-livell 0 sal-livell 6 kif ġej:
ISCED Level | Description | Deskrizzjoni |
0 | Pre-Primary | Kindergarten |
1 | Primary Education | Livell Primarju |
2 | Lower Secondary Education | Livell Sekondarju |
3 | Upper Secondary Education | Livell Post-Sekondarju |
4 | Post Secondary Non-Tertiary Education | Livell ta’ bejn il-livell post-sekondarju u terzjarju |
5a/b | First Stage Tertiary | L-Ewwel Livell Terzjarju |
6 | Second Stage Tertiary | It-Tieni Livell Terzjarju |
Għalhekk l-Eurostat qed juża l-ISCED levels 0-2 meta jirreferi għal dawk li għandhom “At most Lower Secondary Level”, l-ISCED levels 3-4 għal dawk li għandhom “Upper Secondary level” u l-ISCED levels 5-6 għat-“Third Level”.
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jfakkar li l-Eurostat trid tuża statistika li tkun komparabbli ma’ dik ta’ pajjiżi oħra u għalhekk trid tuża kejl internazzjonali. Min juża l-istatistika jrid ikun jaf l-affarijiet sew biex ma jiżbaljax fl-interpretazzjoni tal-figuri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en