LIBRERIJA B’INFORMAZZJONI DWAR INVENZJONIJIET BIL-GĦAJNUNA TA’ L-WORLD INTELLECTUAL PROPERTY ORGANISATION (WIPO)
pr1249
23/10/2003
| Permezz | tal-ħidma ta’ l-Uffiċċju tal-Proprjeta’ Industrijali,ser ikollna librerija li fiha database li qed joffri informazzjoni dwar aktar minn 100,000 patented invention għall-użu tas-settur industrijali u kummerċjali ta’ pajjiżna. |
| Dawn | kienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, meta għamel id-diskors ta’ l-għeluq ta’ seminar indirizzat għas-settur industrijali u dak kummerċjali, organizzat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali fid-Diviżjoni għall-Kummerċ bil-kollaborazzjoni tal-Malta Enterprise. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal li “Din għandha tgħin ukoll biex studenti mill-Universita’ u l-MCAST ikunu jistgħu jagħmlu riċerka fuq invenzjonijiet li ġew patented u għalhekk rikonoxxuti bħala protetti u meqjusin bħalha l-propjeta’ ta’ min ħasibhom. F’pajjiżna neħtieġu li ninvestu f’setturi li kapaċi jagħmlu negozju u industriji kreattivi u intelliġenti. Neħtieġu wkoll industriji ġodda li jinvestu fl-innovazzjoni u r-riċerka. F’dan ir-rigward il-Gvern qed jara li jagħti u joffri l-aħjar informazzjoni possibbli lis-settur industrijali u kummerċjali. |
| Dan hu servizz ieħor | relevanti u ta’ sostenn għas-settur industrijali u kummerċjali ta’ pajjiżna li flimkien ma’ l-Small Business and Crafts Directorate u t-Trade Licensing Unit jinsabu fid-Diviżjoni tal-Kummerċ.” |
| Dan | is-seminar kien ukoll possibbli bil-għajnuna tal-World Intellectual Property Office li hija organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda li qed tgħin biex pajjiżna jkun ukoll kompatibli mal-konvenzjonijiet internazzjonali li jitrattaw ir-reġistrazzjoni tal-patents. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en