Left arrow Go Back

LIBRERIJA B’INFORMAZZJONI DWAR INVENZJONIJIET BIL-GĦAJNUNA TA’ L-WORLD INTELLECTUAL PROPERTY ORGANISATION (WIPO)

pr1249
Date Icon 23/10/2003
Permezztal-ħidma ta’ l-Uffiċċju tal-Proprjeta’ Industrijali,ser ikollna librerija li fiha database li qed joffri informazzjoni dwar aktar minn 100,000 patented invention għall-użu tas-settur industrijali u kummerċjali ta’ pajjiżna.
Dawnkienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, meta għamel id-diskors ta’ l-għeluq ta’ seminar indirizzat għas-settur industrijali u dak kummerċjali, organizzat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali fid-Diviżjoni għall-Kummerċ bil-kollaborazzjoni tal-Malta Enterprise.
Is-Segretarju Parlamentariqal li “Din għandha tgħin ukoll biex studenti mill-Universita’ u l-MCAST ikunu jistgħu jagħmlu riċerka fuq invenzjonijiet li ġew patented u għalhekk rikonoxxuti bħala protetti u meqjusin bħalha l-propjeta’ ta’ min ħasibhom.  F’pajjiżna neħtieġu li ninvestu f’setturi li kapaċi jagħmlu negozju u industriji kreattivi u intelliġenti.   Neħtieġu wkoll industriji ġodda li jinvestu fl-innovazzjoni u r-riċerka.  F’dan ir-rigward il-Gvern qed jara li jagħti u joffri l-aħjar informazzjoni possibbli lis-settur industrijali u kummerċjali.
Dan hu servizz ieħorrelevanti u ta’ sostenn għas-settur industrijali u kummerċjali ta’ pajjiżna li flimkien ma’ l-Small Business and Crafts Directorate u t-Trade Licensing Unit jinsabu fid-Diviżjoni tal-Kummerċ.”
Danis-seminar kien ukoll possibbli bil-għajnuna tal-World Intellectual Property Office li hija organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda li qed tgħin biex pajjiżna jkun ukoll kompatibli mal-konvenzjonijiet internazzjonali li jitrattaw ir-reġistrazzjoni tal-patents.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow