Left arrow Mur Lura

Rikonoxximent mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

pr1247
Date Icon 22/10/2003
Waqt preżentazzjoni li saret fil-Ministeru għall-Affarijiet Ruraliu l-Ambjent, il-Ministru l-Onor.  George Pullicino rrikonoxxa s-suċċess miksub dan l-aħħar mis-sur Antoine Zammit u mis-sur Joseph Borg.
AntoineZammit, li jaħdem fid-Diviżjoni għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent rebaħ il-Film Directors’ Prize waqt l-20 edizzjoni tal-Agrofilm, li hi dedikata għal produzzjonijiet b’tema agrikola jew ta’ żvilupp rurali.  Din il-kompetizzjoni saret f’Nitra, fir-Repubblika Ċeka.
AntoineZammit ipproduċa dokumentarju bl-isem ‘Pinch of Salt’ u jagħti ħarsa lejn il-proċess ta’ produzzjoni tal-melħ mill-ibħra f’Malta u Għawdex.  Il-produzzjoni tagħti ħarsa estensiva lejn il-mod tradizzjonali tal-ġbir tal-melħ kif ukoll lejn il-futur tas-salini tal-melħ f’pajjiżna li għandhom importanza arkeoloġika u kulturali.
JosephBorg hu l-ewwel Malti li ngħata Dottorat Onorarju mill-Universita’ ta’ Essex fl-Ingilterra.  Hu kien jaħdem bħala Uffiċjal Agrikolu Prinċipali fil-Ministeru tal-Agrikoltura u kien responsabbli miż-żamma ta’ ġonna pubbliċi fost affarijiet oħra.  Borg huwa wkoll attiv f’għaqdiet ambjentali u agrikoli.
Filwaqtli ferħilhom għas-suċċess tagħhom, l-Onor. George Pullicino qal li l-Ministeru se jiżgura li jagħmel l-aqwa użu mir-riżorsi umani fi ħdanu, l-aktar fl-ippjanar u fit-twettiq ta’ proġetti ġodda fix-xhur u s-snin li ġejjin.
Is-SegretarjuPermanenti fil-Ministeru, Dr Philip von Brockdorff kien preżenti għal din l-okkażjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow